Arkivji mensili: Frar 2021

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Frar

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 9, 8-15
Salm: 24 (25), 4-5ab.6-7bċ.8-9
It-Tieni Qari: 1 Piet 3, 18-22

L-Evanġelju: Mk 1, 12-15

F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il -Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”… Kompli aqra »

Sawm li jogħġob lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù, diversi nies kellhom id-drawwa li jsumu, bħalma kienu jagħmlu d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej, kif smajna fl-Evanġelju. Kienu, pereżempju, isumu darbtejn fil-ġimgħa. Mhux għax kellhom obbligu li kull darba jsumu, imma għax kienu jarawha bħala ħaġa xierqa. Xi wħud minnhom kienu wkoll jiftaħru biha. Niftakru Ġesù jgħid il-parabbola tal-Fariżew u l-pubblikan fit-tempju, u l-Fariżew meta kien qed jagħmel it-talba tiegħu lil Alla, jiftaħar, u fost l-oħrajn jgħidlu: “jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa” (Lq 18:12)… Kompli aqra »

“Isejħulek bennej tas-swar imġarrba”

Quddiesa tal-funeral ta' Mons. Ġwann Azzopardi

  Il-Bażilika Minuri ta' San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jien u nitlob fuq il-ħsieb li xtaqt naqsam magħkom illum, waqt li qegħdin nitolbu b’suffraġju  ta’ ħuna Monsinjur Ġwann Azzopardi, u nitolbu wkoll għal ruħu imma wkoll insellmu il-ħidma u l-patrimonju li ħallielna, laqatni ħafna dan il-vers mill-Profeta Iżaija, li, il-Knisja tissuġġerixxi bħal-lum, is-Sibt ta’ wara l-Erbgħa tal-Irmied: ‘’Isejħulek bennej tas-swar imġarrfa’’.

Għaliex nimmaġina, li l-patrimonju storiku, dokumentali, mużikali, arkitettoniku, u mittoniku li ġie afdat għall-kura ta’ Dun Ġwann, mill-mibki Monsinjur Coleiro fl-1967, bħala kollaboratur tal-Mużew tal-Katidral li kien għadu fil-bidu tiegħu… Kompli aqra »

Nibnu soċjetà ta’ għożża u solidarjetà

Ittra Pastorali għar-Randan 2021

L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Għeżież,

Is‑sejħa li jagħmlilna Ġesù llum, “Indmu u emmnu fl‑Evanġelju” (Mk 1:15), hi sejħa biex aħna nħaddnu l‑Aħbar it‑Tajba u mmorru fil‑qalba tal‑fidi tagħna, kif ifissirha Ġesù stess: “Alla hekk ħabb lid‑dinja li ta lil Ibnu l‑waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l‑ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16).

Alla hu mħabba u lilna, bħala wliedu, isejħilna biex ngħixu fl‑imħabba… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14
Salm: 85 (86), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”… Kompli aqra »

Approvat il-baġit 2021 tas-Santa Sede

Yesterday evening, the Holy Father provided his nulla osta to the 2021 Budget of the Holy See, proposed by the Secretariat for the Economy and approved last Tuesday, February 16th, by the Council for the Economy.

With total revenues of € 260.4M and expenses of € 310.1M, the Holy See expects a deficit of € 49.7M in 2021, heavily impacted by the economic crisis generated by the COVID-19 pandemic… Kompli aqra »

Jitlesta r-restawr fil-Bażilika ta’ Raħal Ġdid u fil-Knisja ta’ Ħal Tarxien

Proġetti oħra b'kofinanzjament minn fondi Ewropej

Ġew inawgurati żewġ proġetti ta’ restawr fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid u fil‑Knisja Arċipretali tal‑Lunzjata f’Ħal Tarxien. Dawn il‑proġetti, b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, saru b’investiment ta’ aktar minn €400,000. Il‑proġetti ġew inawgurati llum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall‑konferenza tal‑aħbarijiet kien hemm is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u Dun Marc Andrè Camilleri u Dun Christopher Ellul, il‑kappillan u l‑arċipriet tal‑parroċċa ta’ Raħal Ġdid (Kristu Re) u ta’ Ħal Tarxien rispettivament… Kompli aqra »

X’jurini Alla f’daż-żmien tar-Randan – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Ras ir-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ir-Randan hu ż-żmien ta’ mixja li aħna nagħmlu lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-misteru tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid li hi l-ikbar ċelebrazzjoni għalina. Hawnhekk, fil-kelma tiegħu fl-Evanġelju llum, Ġesù jurina tliet affarijiet importanti u ta’ għajnuna tul din il-mixja li se nagħmlu matul ir-Randan. Isemmi s-sawm, it-talb u l-karità.

Bis-sinċerità tal-qalb

Jgħid ħaġa tant importanti għat-tlieta li huma: li aħna, jekk se nsumu, se nitolbu u se nagħtu karità, ma nagħmlux dan biex nidhru, għal wiċċ in-nies… Kompli aqra »