Inħallu l-bieb miftuħ għall-ħniena ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi
31/03/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hu diffiċli li tifhem lil Ġuda. Dan kien wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, li għażlu Ġesù; kien qrib tiegħu, kien semgħu ħafna drabi jagħti t-tagħlim sabiħ tiegħu u jarah ukoll jagħmel il-mirakli. Fuq kollox, gawda mill-imħabba tiegħu. Fl-Evanġelju skont San Ġwann, insibu lil Ġesù fl-Aħħar Ċena jaħsel saqajn Ġuda wkoll, flimkien mad-dixxipli l-oħra. Jiġifieri Ġesù wrieh imħabba sal-aħħar.
X’daħal f’moħħu Ġuda? … Kompli aqra »