Il-Papa waqt l-Udjenza: Il-fraternità hi sfida għall-Iraq u għad-dinja kollha
10/03/2021Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Fl-aħħar jiem il-Mulej tani l-grazzja li nżur l-Iraq, u hekk inwettaq proġett ta’ San Ġwanni Pawlu II. Qatt ma kien għadu rifes Papa fuq l-art ta’ Abraham; il-Providenza riedet li dan iseħħ issa, bħala sinjal ta’ tama wara snin ta’ gwerra u terroriżmu u matul pandemija iebsa.
Wara din iż-Żjara, qalbi hi mimlija gratitudni. Gratitudni lejn Alla u lejn dawk kollha li għamluha possibbli: lejn il-President tar-Repubblika u lejn il-Gvern tal-Iraq; lejn il-Patrijarki u lejn l-Isqfijiet tal-pajjiż, flimkien mal-ministri u l-fidili kollha tal-Knejjes rispettivi; lejn l-Awtoritajiet reliġjużi, ibda mill-Ayatollah il-Kbir Al-Sistani, li miegħu kelli laqgħa li ma ninsieha qatt fir-residenza tiegħu f’Najaf… Kompli aqra »