Fil-ġuf m’għandhomx xi ħaġa imma xi ħadd – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-festa taż-Żjara tal-Verġni Mqaddsa Marija
31/05/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
F’diversi ġrajjiet fl-Evanġelju tolqotna kif Marija hi dejjem fis-skiet u fil-kwiet. Meta dehrilha l-anġlu Gabrijel, u hi aċċettat li ssir omm Alla, hemm ċerta serenità li toħroġ mir-rakkont; anke meta naraw lil Marija taħt is-salib. L-Evanġelju jgħid li hi kienet “tgħożż f’qalbha” dak li qed tgħix. Hemm ċertu kwiet, skiet.
Lil Marija nsibuha differenti fir-rakkont tal-lum fejn narawha mgħaġġla… Kompli aqra »