Arkivji mensili: Ġunju 2021

Rettur u Viċi Rettur għas-Seminarju tal-Arċisqof

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Jimmy Bonnici bħala Rettur tas‑Seminarju tal‑Arċisqof. Huwa ħatar ukoll lil Dun Carlo Calleja bħala Viċi Rettur. Huma ser jieħdu post Dun Albert Buhagiar li kien rettur tas‑Seminarju għal ħames snin, u Dun Ronnie Zammit li serva bħala viċi rettur għal erba’ snin.

Dun Jimmy Bonnici

Dun Jimmy Bonnici huwa mill‑Mosta u ġie ordnat saċerdot fl‑1998. Wara li fl‑2004 temm id‑dottorat fit‑Teoloġija Spiritwali fl‑Università Gregorjana f’Ruma, serva bħala direttur spiritwali fl‑iskola San Andrea, bħala rettur tas‑Seminarju tal-Arċisqof bejn l‑2007 u l‑2016, u bħala direttur tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 12, 1.5-15.20
Salm: Tob 13, 2.6.7.8

L-Evanġelju: Mk 12, 38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù, hu u jgħallem lin-nies fit-tempju qalilhom: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”… Kompli aqra »

Iħobb jistaqsi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Lil Ġesù nafuh jgħallem, u f’diversi drabi kien hemm min għamillu mistoqsija, jew aktar minn waħda. Xi wħud staqsewh biex ikunu jafu iktar jew ikollhom l-affarijiet aktar ċari, kif għamlu d-dixxipli tiegħu; oħrajn, bħal xi Fariżej, biex jonsbuh jew biex jaqilgħu xi polemika. Imma mbagħad hemm drabi oħra fejn hu Ġesù li jagħmel mistoqsija jew aktar minn waħda; u jagħmilha mhux għax ma kienx jaf ir-risposta, imma aktar biex jgħin lin-nies jaħsbu u jwassal għall-punt li jixtieq jagħmel… Kompli aqra »

Identità li tinsab bejn art u baħar: il-periklu li ningħalqu fina nfusna – L-Arċisqof

Diskors waqt il-laqgħa fuq livell nazzjonali "L-istat tan-nazzjon"

  Il-Palazz Verdala, il-Buskett

Id-diskors tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza President ta’ Malta, Sinjuri,

Xtaqt nibda b’silta mill‑poeżija Lil Malta ta’ Dun Karm li nkitbet 100 sena ilu. F’dan is‑sunett Petrarkjan, Dun Karm jibda billi japprezza l‑Italja, u jgħid: “Inħobb fis‑sewwa lil ġara tagħna”. Japprezza lill‑Ingilterra “li għandha fehma tal‑azzar daqs il‑qawwija”, imbagħad idur lejn Malta:

“Iżda daqsek lil ħadd, o Malta tiegħi,
għax int biss ommi, int tajtni l-isem,
u għadmek għadmi u demmek jiġri miegħi… Kompli aqra »

Pakistan: titneħħa s-sentenza tal-mewt għall-koppja Nisranija

Pakistani Christians at a Church service. 

A Pakistani High Court on Thursday overturned the death sentence handed down to a Christian couple for alleged blasphemy against the Prophet Muhammad after they spent 6 years on death row. 

Baseless charges

Justice Shehbaz Ali Rizvi and Justice Tariq Saleem Sheikh of the Lahore High Court dismissed the case against Shafqat Emmanuel and his wife Shagufta Kausar saying evidence against them was not convincing… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 11, 5-17
Salm: 145 (146), 1b-2abċ.6ċ-7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Mk 12, 35-37

F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: ‘Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk’. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: Ġesù l-mudell ta’ talb għad-dixxipli tiegħu

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Vanġeli juruna kemm it-talb kien fundamentali fir-relazzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Dan diġà jidher fl-għażla ta’ dawk li mbagħad saru l-Appostli. Luqa jqiegħed l-għażla tagħhom f’kuntest preċiż ta’ talb u jgħid hekk: “Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli” (6:12-13)… Kompli aqra »