Titwaqqaf il-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti
31/07/2021L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien mal‑Ministru għall‑Wirt Nazzjonali, l‑Arti u l‑Gvern Lokali Jose Herrera ppresedew għall‑iffirmar tat‑twaqqif tal‑Fondazzjoni tal‑Knisja tal‑Ġiżwiti.
Il‑Knisja taċ‑Ċirkonċiżjoni tal‑Mulej, magħrufa bħala l‑Knisja tal‑Ġiżwiti, hija waħda mill‑eqdem knejjes fil‑Belt Valletta, u waħda mill‑akbar fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑Knisja kienet oriġinarjament inbniet bejn l‑1593 u l‑1609 mill‑Ordni tal‑Ġiżwiti. Il‑Knisja tinkludi xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi fost oħrajn, u l‑artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Kompli aqra »