Qaddejja bl-ispirtu ta’ Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa f’għeluq is-sena pastorali taċ-ċentru
18/09/2021 Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, Tal-VirtùL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Kemm tiddejjaq meta ma jifhmukx, speċjalment jekk ikunu ħbieb ta’ ġewwa. Tħoss għafsa ta’ qalb! Hekk ġralu Ġesù fil-ġrajja li smajna fl-Evanġelju.
Imma iktar u iktar kienet iebsa għal Ġesù meta hu ntebaħ li mhux biss ma fehmuhx – meta kien qed jitkellem fuq li se jbati, joqtluh u mbagħad iqum mill-mewt – imma li bejniethom, waqt li hu kien qed jitkellem fuq dan, huma kienu qed jitkellmu fuq xi ħaġa eżatt il-kontra… Kompli aqra »