Arkivji mensili: Novembru 2021

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Mak 6, 18-31
Salm: 3, 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

Qalb sensittiva għall-persuni emarġinati – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi talba tassew sabiħa dik li għamel dan l-għama: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Dan kien “mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità”. Din it-talba għamilha mhux darba, imma aktar minn darba: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!” Ħa nħarsu ftit lejn din il-ġrajja, u naraw x’tgħallimna għal ħajjitna.

L-ewwel, ħa nharsu lejn il-bniedem għama. L-Evanġelju jgħid li dan kien mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità… Kompli aqra »

Aktar minn 1,800 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex fl-2022

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2022‑2023 ser jiġu ppubblikati t-Tlieta 16 ta’ Novembru 2021, u huma aċċessibbli hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,848 post vakanti għall‑istudenti (1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑‘Ewwel Kriterju’ jsiru bejn it‑23 ta’ Novembru u t‑2 ta’ Diċembru 2021. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2022… Kompli aqra »

30 żgħażagħ jipparteċipaw f’YouthEARN

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) organizzat l-attività ta’ YouthEARN bejn is-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru, li għaliha ħadu sehem 30 żgaħżagħ bejn 15 u 18-il sena minn diversi ċentri madwar Malta.

Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Achievers’ Scheme tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, ta l-opportunità liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’diversi attivitajiet bħal abseiling, archery u camping. Iż-żgħażagħ ħadu sehem ukoll f’sessjonijiet tal-arti u d-drama kif ukoll f’workshop mogħti mis-Sedqa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus iħeġġiġna nkunu attivi fil-ħarsien tad-dar komuni tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Is-silta tal-Evanġelju tal-liturġija tal-lum tiftaħ bi stqarrija ta’ Ġesù li tħallik imbellah: “Ix-xemx tiddallam, il-qamar jiltef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema” (Mk 13:24-25).  Imma kif? Jaqaw il-Mulej se jibda jagħmel id-diżastri? Le, żgur li mhux din l-intenzjoni tiegħu. Hu jrid ifehimna li kulma hawn f’did-dinja, xi ħin jew ieħor se jgħaddi. Ix-xemx ukoll, il-qamar, il-kwiekeb li jiffurmaw il-firmament – kelma li tfisser “determinazzjoni”, “stabbiltà” – iddestinati li jgħaddu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 1, 10-15.41-43.54-57.62-64
Salm: 118 (119), 53.61.134.150.155.158

L-Evanġelju: Lq 18, 35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret.

Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni”… Kompli aqra »

Tal-aħħar m’għandux ibeżżagħna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-33 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta se jseħħ l-aħħar tad-dinja? Din hi diskussjoni li kultant żmien tqum, u nafu li kull darba li ħabbru li d-dinja se tispiċċa f’xi sena partikulari, dan ma seħħx. Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju, għall-bidu taħsbu li qed jitkellem fuq dan, qisu biex jagħti ħjiel. Imma mbagħad jgħid sentenza ċara: ħadd ma jaf meta, “ħadd ħlief il-Missier”. Ma jaqtgħalniex il-kurżità! … Kompli aqra »

Mhix il-gwerra biss hi strument tal-mewt – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum it-Tifkira

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix” (Mk 13:31). Is-silta li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Mark f’kapitlu 13 hija silta fejn l-evanġelista jagħtina ħjiel ta’ diskors intimu ta’ Ġesù ma’ erbgħa mid-dixxipli tiegħu: Pietru, Ġakbu, Gwanni u Indrì. Għax il-kapitlu 13 jibda billi jgħidilna li ħa lil dawn l-erbgħa biss fuq l-Għolja taż-Żebbuġ li tħares lejn Ġerusalemm, qagħad bilqiegħda — bħalma jagħmel kull għalliem — u fetaħ qalbu magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 12:1-3
Salm: 15(16):5,8,9-10,11
It-Tieni Qari: Lhud 10:11-14,18

L-Evanġelju: Mk 13:24-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu. Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qawwa kbira u bi glorja… Kompli aqra »