Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (3)
09/12/2021It-tielet riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Jisma’ u jilqa’ r-Rieda tal-Missier’. L-Isqof Galea-Curmi jfiehem xi tfisser meta ngħidu li nisimgħu lil Alla jkellimna, l-istess kif l-anġlu tal-Mulej kellem lil Ġużeppi. U jitkellem dwar kif kull bniedem hu msejjaħ għal vokazzjoni partikolari u kif il-vokazzjoni mhux biss nagħżluha imma tagħżel lilna.
Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »