Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8
Salm: 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

‘Ġesù: il-ħobż li jtaffi l-ġuħ tal-umanità’ – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kapitlu sabiħ, il-kapitlu 6 ta’ San Ġwann f’diskors li Ġesù jagħmel fis-sinagoga ta’ Kafarnahum, il-belt adottiva tiegħu fuq ix-xatt ta’ l-għadira tal-Galilija, il-baħar tal-Galilija u ta’ Tiberijade, il-Mulej juża x-xbieha tal-ħobż biex jitkellem fuqu nifsu. Lejn l-aħħar ta’ dan id-diskors sabiħ, Ġesù jitkellem ukoll fuqu nnifsu bħala l-Ewkaristija.

F’dan il-mument Ġesù jitkellem dwar il-persuna tiegħu, it-tagħlim tiegħu bħala l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”… Kompli aqra »

Mhux dak li jridu jisimgħu imma li għandhom bżonn jisimgħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Żgur li ħadd minna mhu se jlum lil dawk in-nies li marru jfittxu lil Ġesù. Kellhom l-esperjenza tat-tkattir tal-ħobż u l-ħut, u għalihom Ġesù kien dak li jista’ jipprovdilhom dak li għandhom bżonn. Għalhekk marru jfittxuh u, meta ma sabuhx, qasmu bid-dgħajjes għan-naħa l-oħra. U meta fl-aħħar sabuh, qalulu, qishom biex jilmentaw: “Rabbi, meta ġejt hawn?” Speċi: ħrabtilna min-naħa l-oħra!

U Ġesù, li dejjem jitkellem ċar u bla kantunieri, jgħidilhom: “Intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu s-sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu.” Jgħidilhom Ġesù: intom mhux għax rajtu s-sinjali u emmintu, m’għandkomx din il-fidi fija; imma qed tfittxuni għal dak li pprovdejtilkom… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Coeli: il-Kristjanità hi relazzjoni, kura u ferħ

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dat-tielet Ħadd tal-Għid, nerġgħu lura lejn Ġerusalemm, fiċ-Ċenaklu, qiesna mmexijin miż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, li kienu semgħu b’emozzjoni kbira kliem Ġesù tul it-triq, u mbagħad għarfuh “fil-qsim tal-ħobż” (Luqa 24,35).  Issa, fiċ-Ċenaklu Kristu Rxoxt jidher f’nofs il-miġemgħa tad-dixxipli u jsellmilhom: “Il-paċi magħkom!” (v. 36). Iżda huma beżgħu u ħasbu “li qed jaraw xi fantażma”, hekk jgħid l-Evanġelju (v. 37).  Allura Ġesù jurihom il-ġrieħi f’ġismu u jgħid: “Araw idejja u riġlejja – il-pjagi -: jien hu!  Missuni” (v.39).  U biex jikkonvinċihom, jitlobhom l-ikel u jieklu huma u jħarsu lejh mistgħġbin (cfr vv… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

The doors opened to us by the generosity of St Publius – The Archbishop

Quddiesa fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’Ħadd il-Għid, il-Mulej Rxoxt juri lilu nnifsu lil Marija Maddalena li tmur tavża lill-ħdax u d-dixxipli: “il-Mulej qam tassew”. Tnejn minnhom jitilqu minn Ġerusalemm. L-aħbar li semgħu ħawdithom u ma ġabitilhomx paċi f’qalbhom. Jerħulha għal għonq it-triq lejn villaġġ jismu Għemmaws; il-Mulej ma jabbandunahomx imma jissieħeb magħhom u huma ma setgħux jagħrfuh. Ġesù jibda jispjegalhom l-Kelma ta’ Alla u xħin jaslu qrib il-villaġġ jagħmel tabirruħu li se jkompli fit-triq u jgħidulu: “Ibqa magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm” (Lq 24:29)… Kompli aqra »