Yearly Archives: 2021

Aktar minn 500 persuna jinqatlu mill-ġunta militari ta’ Myanmar

More than 500 people have been killed in Myanmar in the Military junta’s ruthless crackdown on protests since the Feb 1 ousting of the elected government and their leader Aung San Suu Kyi, a local non-governmental organization has said.   

As of 29 March, 510 people are now confirmed killed by security forces led by the military junta said the Assistance Association for Political Prisoners (AAPP) on Monday… Kompli aqra »

Is-saħħa mentali taż-żgħażagħ hi prijorità

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) huma serjament imħassba dwar diversi punti proposti fil‑white paper dwar “l‑użu responsabbli tal‑kannabis”.

Fid‑dawl tal‑proposti mressqa, is‑Segretarjat u s‑CSA jisħqu li għandha tingħata prijorità għall‑konsegwenzi marbuta mas‑saħħa mentali taż‑żgħażagħ kif ukoll dwar tisħiħ ta’ kultura ta’ konsum ta’ droga fost il‑ġenerazzjonijet żagħżugħa ta’ issa u tal‑futur. Għalhekk, qed jappellaw lill‑membri parlamentari sabiex iżommu dejjem l‑ewwel u qabel kollox is‑saħħa mentali taż‑żgħażagħ u mhux l‑interessi tal‑ftit li ser jistgħanew minn fuq dan in‑negozju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tlieta
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 36-41
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22

L-Evanġelju: Ġw 20, 11-18

F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?”… Kompli aqra »

Il-qawmien ta’ Kristu fi żmienna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Ħadd il-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-mewt hi l-isbaħ u l-ikbar ġrajja fl-istorja. Fuqha sserraħ il-fidi tagħna. Aħna nemmnu li Kristu qam mill-mewt, Kristu ħareġ rebbieħ, u minħabba f’hekk il-ħajja kollha tiegħu għalina tfisser salvazzjoni; u aħna nistgħu nemmnu f’dak li hu rebbieħ li lilna jagħtina wkoll garanzija għall-ħajja tagħna.

Li kieku Kristu ma qamx, kieku aħna qed nitkellmu differenti fuq il-ħajja tiegħu… Kompli aqra »

Il-kuntrast bejn il-konfużjoni u l-paċi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġew id-dixxipli tiegħu bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin”. Dan kien il-kliem li dawk li kienu għassa mal-qabar ta’ Ġesù ftiehmu li jgħidu biex jispjegaw għaliex il-qabar kien vojt, għaliex Ġesù kien sparixxa. Għamlu dan il-ftehim mal-qassisin il-kbar u max-xjuħ.

Mhux biss, imma dawn tawhom ukoll kemxa flus ġmielha, jgħid l-Evanġelju. Ma kinitx l-ewwel darba. Fil-Passjoni, huma wkoll taw 30 biċċa tal-fidda lil Ġuda biex jittradih… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tnejn
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Mt 28, 8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Urbi et Orbi tal-Għid: Kristu Rxoxt hu tama li ma jiddiżappuntax

Throughout the world, the Church proclaims the joyous news that “Jesus, who was crucified, has risen as He said. Alleluia!”, Pope Francis said at the start of his Easter message broadcast live around the world.

He delivered his Urbi et Orbi message inside St. Peter’s Basilica, just like last year, due to coronavirus safety measures.

He had just concluded presiding over the Easter Sunday Mass at the Altar of the Chair with a small congregation participating… Kompli aqra »

“Mulej, ibqa’ magħna” – L‑Arċisqof fl-Għid il-Kbir

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael; iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tliet ijiem minn dawn il-ġrajja” (Lq 24:21).

Id-dixxipli li aħna ngħidulhom id-dixxipli ta’ Għemmaws diġà kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws u semgħu bl-aħbar tal-qawmien tal-Mulej mill-imwiet. Kienu għadhom Ġerusalemm. Il-kliem tagħhom jikxef li huma xhieda ta’ dak kollu li ġara… Kompli aqra »