Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

It-triq għall-qdusija: li nfittxu wiċċ il-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u l-kandidatura ta' żewġ seminaristi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (S 23:6). Li tfittex il-wiċċ tal-Mulej huwa proċess għax il-Mulej ma jidhirx imma fil-ħniena tiegħu juri lilu nnifsu u juri lilu nnifsu fil-misteru kbir tal-imħabba.

Jekk inti tħobb ’il ħuk u ’l oħtok li tara, tista’ tħobb lil Alla li ma tarax; imma jekk ma tħobbx lil ħuk u ’l oħtok li tara, kif tista’ tħobb lil Alla li ma tarax? … Kompli aqra »

Il-qaddisin juruna dak li hu sabiħ, dak li hu veru, dak li jiswa fil-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna u nagħmlu llum is-solennità tal-qaddisin kollha, niftakru f’tant qaddisin li għexu f’epoki differenti, u ta’ karattri differenti, li ġew dikjarati qaddisin mill-Knisja. Lil dawn inqimuhom, nitolbu l-interċessjoni tagħhom, nammirawhom għal ħafna kwalitajiet sbieħ fil-ħajja tagħhom, imma wkoll naraw fihom ispirazzjoni importanti u sabiħa għall-ħajja tagħna. Xi wħud minnhom huma wkoll protetturi tal-parroċċi u tal-lokalitajiet tagħna.

Imma din il-festa, għax hi l-festa tal-qaddisin kollha, mhix biss il-festa ta’ dawn li huma dikjarati qaddisin mill-Knisja… Kompli aqra »

Il-Papa fil-festa tal-Qaddisin Kollha: Il-Beatitudnijiet juru l-mogħdija għall-qdusija u l-hena

  Il-Vatikan

Dear brothers and sisters, buongiorno!

Today we celebrate All Saints, and in the Liturgy the “programmatic” message of Jesus resounds: namely, the Beatitudes (cf. Mt 5:1-12a). They show us the path that leads to the Kingdom of God and to happiness: the path of humility, compassion, meekness, justice and peace. To be a saint is to walk on this road… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Jalla mħabbitna għal Alla u l-proxxmu tidwi fina

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fil-Liturġija tal-lum l-Evanġelju jirrakkonta dwar skriba li jersaq qrib Ġesù u jistaqsih: “Liema hu l-akbar kmandament?” (Mk 12:28). Ġesù jwieġeb bi kwotazzjoni mill-Iskrittura u jafferma li l-akbar kmandament hu li tħobb lil Alla; minn dan imbagħad, bħala konsegwenza naturali, jitnissel it-tieni: ħobb li għajrek bħalek innifsek (cfr vv. 29-31). Meta jisma’ din it-tweġiba l-iskriba mhux biss jagħraf li hi f’lokha imma fl-istess waqt, hu u jagħraf kemm hi minnha, itenni kważi l-istess kliem ta’ Ġesù: “Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu. Iva, li tħobb lilu b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u tħobb lil għajrek bħalek innifsek, huwa aqwa minn kull sagrifiċċju tal-ħruq u mis-sagrifiċċji kollha” (vv… Kompli aqra »

Premju Ewropew għad-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza, deskritta bħala ‘monument tal-ħniena’, ingħatat il-Premju taċ-Ċittadin 2021 tal-Parlament Ewropew għal Malta, b’rikonoxximent tal-espressjoni li jagħti l-aħjar valuri Maltin u Ewropej.

In-nomina tad-Dar tal-Providenza, tressqet mill-Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa, fejn qalu li l-missjoni tal-proġett li jipprovdi djar b’ambjent simili għall-familja, hi waħda li tintegra u tagħti s-setgħa lin-nies b’diżabbiltà fil-komunità, f’konformità man-normi u l-valuri tal-UE, u dan ix-xogħol kompla jitwettaq anke fiċ-ċirkostanzi diffiċli tas-sena l-oħra… Kompli aqra »

Ħa tkun l-imħabba li tmexxina f’ħajjitna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-31 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Id-diskussjoni dwar liema hu l-ewwel fost il-kmandamenti kienet, fi żmien Ġesù, diskussjoni li kienu jagħmlu l-kittieba u l-għorrief tal-Liġi. Għax fil-fatt kien hemm ħafna kmandamenti, regolamenti u liġijiet li kellu l-poplu Lhudi, u kultant kienu jiddiskutu liema jiġi l-ewwel.

Din il-mistoqsija li għamlu lil Ġesù ma ġabitx risposta, min-naħa ta’ Ġesù, ta’ ħafna kliem, imma mar mill-ewwel fil-qalba, dak li hu l-aktar importanti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Parlamentari li jfittxu l-interess u l-ġid ta’ kulħadd – L-Arċisqof

Quddiesa fil‑100 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parlament Malti

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għaref tal-liġi jixtieq ikun jaf liema hi l-liġi li hi l-pedament ta’ kollox. “Liema wieħed fost il-kmandamenti”, fost il-liġijiet li għandna, “huwa l-ewwel?” (Mk 12:28). Ir-risposta ta’ Ġesù tinġabar f’kelma waħda li jirrepeti darbtejn: “Ħobb lill-Mulej, ħobb lil għajrek” (Mk 12:29,31).

Ġesù fl-ewwel parti ta’ din ir-risposta qed jislet silta mill-qari li smajna fil-bidu mill-ktieb tad-Dewteronomju, li kien il-ktieb tal-liġi għażiż għall-poplu ta’ Alla li għal diversi drabi jistieden lill-poplu, lil Iżrael biex jisma’: “Isma’, Iżrael” (Dewt 6:3)… Kompli aqra »