Yearly Archives: 2021

Kemm hi għażiża din id-dar! – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien fit-8 ta’ Ottubru 1702 meta l-Isqof ta’ dak iż-żmien, Davide Cocco Palmieri, ikkonsagra l-Katidral. Il-Katidral kien diġà hemmhekk qabel, imma l-knisja kienet ġarrbet ħsarat kbar minħabba t-terremot li kien sar fl-1693. Għalhekk, fuq disinn ta’ Lorenzo Gafà, inbniet din il-knisja ddedikata lil San Pawl, knisja li hi issa l-Katidral ta’ Malta. Aħna ngħidu “il-Katidral tal-Imdina”, imma festa bħal din fl-anniversarju tal-konsagrazzjoni mhix biss il-festa tal-parroċċa tal-Imdina, jew tan-nies li joqogħdu hemm, imma hi l-festa tal-Knisja kollha f’Malta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 4, 12-21
Salm: 96 (97), 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”.

Qaddisa tal-jum: San Dijonisju, isqof u sħabu, martri Kompli aqra »

Il-fraternità mhix biss ta’ sentiment u rieda, imma wkoll deċiżjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tat-twaqqif tal-fraternità Ġesù u Marija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn

“Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù u ma’ ħutu.” (Atti 1:14). Fl-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, it-tieni ktieb li tana Luqa, ktieb għażiż għalina, għax fl-aħħar kapitlu tiegħu, fil-kapitlu 28 tissemma Malta, u jissemmew il-Maltin flimkien ma’ Publiju. Fil-bidu ta’ dan il-ktieb, Luqa jiġbor l-esperjenza qawwija ta’ fraternità li kienu jgħixu l-appostli u d-dixxipli. U juża din l-espressjoni ‘lkoll qalb waħda’… Kompli aqra »

Insaħħu l-benesseri mhux l-użu tas-sustanzi

Is-settur tal-Iskejjel tal-Knisja, li jirrapreżentaw 55 skola, jesprimu tħassib serju dwar l-għaġla tal-abbozz ta’ liġi għall-użu tal-kannabis

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja jixtiequ jesprimu tħassib serju għad-direzzjoni meħuda mill-Gvern biex jgħaddi l-abbozz ta’ liġi dwar l-użu tal-kannabis fi tmiem din il-leġislatura. Iktar minn hekk, il-Gvern ftit li xejn ta indikazzjoni dwar il-feedback li rċieva mill-pubblikazzjoni tal-White Paper f’Marzu li għadda.

Reazzjonijiet pubbliċi għall-White Paper indikaw li l-maġġoranza tal-feedback mogħti kien kritiku ħafna tal-proposta u l-impatt negattiv li din se jħalli fuq it-tfal u ż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Lejn Knisja Sinodali – Komunjoni, Parteċipazzjoni u Missjoni

Il-Papa Franġisku, nhar il-Ħadd 10 ta’ Ottubru 2021, se jniedi l-mixja sinodali lejn is-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir fl-2023, bit-tema: “Lejn Knisja Sinodali – Komunjoni, Parteċipazzjoni, u Missjoni”.

Il-Papa qed jistieden lil kull djoċesi biex tipparteċipa f’dan il-proċess ta’ tħejjija, u tagħti bidu għal dan nhar il-Ħadd 17 ta’ Ottubru 2021. Għalhekk, dakinhar, Mons. Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fil-bidu ta’ dan il-proċess min-naħa tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Kors b’esperjenza prattika fil-gruppi taż-żgħażagħ

L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed joffri l‑kors ta’ ‘Adolescent and Youth Ministry’ li se jkun qed jindirizza l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom ż‑żgħażagħ illum. Dan il‑kors, li se jibda fit‑30 ta’ Ottubru, huwa mmirat għal dawk li jaħdmu jew jixtiequ jaħdmu mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ.

Minn din is‑sena, il‑kors ser joffri spazju għal esperjenzi prattiċi fil‑gruppi taż‑żgħażagħ u kull parteċipant se jkun akkumpanjat minn mentor. It‑teorija u l‑esperjenza prattika ser jgħinu lill‑individwu jiżviluppa l‑ħiliet tiegħu bħala youth leader filwaqt li jiltaqa’ mad‑diversità ta’ kariżmi fil‑gruppi u l-movimenti fil‑Knisja f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 8: 22-23. 27-30
Salm: 83: 3-5, 10-11

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.

Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

Caritas Malta u l-Fondazzjoni Oasi b’reazzjoni għall-proposta fil-liġi dwar il-kannabis

Caritas Malta flimkien mal-Fondazzjoni Oasi, jinsabu ferm konċernati li l-proposta ta’ qafas legali ġdid għall-użu responsabbli tal-kannabis, kif ippreżentata mill-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici, fis-6 ta’ Ottubru 2021, tmur oltrè minn dak li ġie ppreżentat fil-White Paper u jikkontempla wkoll id-distribuzzjoni tal-kannabis minn assoċjazzjonijiet għall-użu rikreattiv. Flimkien mal-proposti l-oħra dwar il-pussess u l-kultivazzjoni, dan hu pass ieħor lejn iktar normalizzazzjoni tal-użu tal-kannabis, iżid il-perċezzjoni liż-żgħażagħ li l-kannabis m’għandhiex perikli, u li eventwalment ikompli jiżdied l-użu… Kompli aqra »

Jalla jkollok il-faraġ ta’ ragħaj, li jagħmel kulma jista’ għall-merħla tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Claudio Borg O.P. bħala kappillan tal-Parroċċa tan-Nazzarenu

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, li smajna llum fit-Tieni Qari, tfakkarna fix-xirka tal-Appostli. Fil-fatt, San Luqa li kiteb l-ktieb tal-Atti tal-Appostli, jerġa’ jirrepeti l-ismijiet tal-Appostli tal-Mulej. Din id-darba jsemmi ħdax, għaliex Ġuda l-Iskarjota, ma kienx għadu magħhom. “Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù u ma’ ħutu.” (Atti 1:14).

Dan il-vers qasir, il-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, jippreżentalna x-xirka tad-dixxipli tal-Mulej, li huma magħżula biex jagħmlu dak kollu li hu ordnalhom b’tifkira tiegħu, magħqudin ilkoll f’qalb waħda… Kompli aqra »