Yearly Archives: 2021

Djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, l-edukazzjoni u x-xogħol: għodod biex tinbena l-paċi dejjiema

Messaġġ mill-Papa Franġisku fil-55 Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Vatikan

1. “How beautiful upon the mountains are the feet of the messenger who announces peace” (Is 52:7).

The words of the prophet Isaiah speak of consolation; they voice the sigh of relief of a people in exile, weary of violence and oppression, exposed to indignity and death. The prophet Baruch had wondered: “Why is it, O Israel, why is it that you are in the land of your enemies, that you are growing old in a foreign country, that you are defiled with the dead, that you are counted among those in Hades?” (3:10-11)… Kompli aqra »

Bieb miftuħ – L-Isqof Galea Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Din kienet it-tislima tal-anġlu Gabrijel li għadna kif smajna fl-Evanġelju skont San Luqa, fir-rakkont ta’ meta l-anġlu deher lil Marija biex iħabbrilha li se ssir omm Ġesù. L-Evanġelju jgħid xi ħaġa li żgur tolqotna: li kif qal din it-tislima, Marija “tħawdet ħafna”. It-tislima kienet tislima sabiħa, fost l-isbaħ tislimiet li tista’ tagħmel, imma Marija, kif semgħetha, tħawdet ħafna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14 jew Sof 3, 14-18a
Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

L-Evanġelju: Lq 1, 39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: l-ewwel att ta’ karità lill-proxxmu hu li noffrulu wiċċ seren u mbissem

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, ir-raba’ Ħadd tal-Avvent, jirrakkonta ż-żjara li għamlet Marija lil Eliżabetta (cfr Lq 1:39-45).  Wara li rċeviet it-tħabbira tal-anġlu, il-Verġni Marija ma baqgħetx id-dar, thewden fuq dak li ġralha u taħseb dwar il-problemi u x’seta jinqala’, li ċertament ma kinux se jonqsu: għax, miskina, ma kinitx taf x’se taqbad tagħmel wara dik l-aħbar, minħabba l-kultura tal-epoka….  Ma setgħetx tifhem…  Bil-maqlub, l-ewwel ma ħasbet kien dwar min jinsab fil-bżonn: minflok ingħalqet fiha nfisha, fil-problemi tagħha, taħseb f’min hu fil-bżonn, taħseb f’Eliżabetta, qariba tagħha, li hi mgħobbija biż-żmien u tqila: ħaġa stramba, mirakoluża. Bil-ġenerożità, Marija tibda vjaġġ, bla ma beżgħet mill-inkonvenjenzi tat-triq, billi wieġbet qisha b’molla minn ġewwa li sejħitilha biex tkun qrib u tagħti l-għajnuna. Triq twila, kilometri fuq kilometri, u ma kienx hemm tal-linja! … Kompli aqra »

Il-Parlament għandu jkun il-vuċi tal-poplu li jesiġi kontabbiltà – L-Arċisqof

Skambju tal-awgurji tal-Milied lill‑awtoritajiet tal‑pajjiż

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi laqgħu lill‑awtoritajiet tal‑pajjiż għall-iskambju tal-awgurji tal-Milied fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru 2021. L-Isqfijiet iltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela u l-Kabinett, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-President George Vella.

Messaġġ lill-Prim Ministru Dr Robert Abela u membri tal-Kabinett

Onor. Prim Ministru, grazzi ħafna taż-żjara u l-preżenza tagħkom… Kompli aqra »

Meta l-ħeffa hi tajba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku għażel bħala tema għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tas-sena d-dieħla l-kliem li smajna llum fir-rakkont tal-Evanġelju: “Marija qamet u marret tħaffef…” Hu jenfasizza ħafna l-kelma “tħaffef”, għaliex hawnhekk fl-Evanġelju naraw lil Marija li mhux biss marret iżżur lil Eliżabetta, imma marret “tħaffef” biex tkun magħha.

Għaliex din il-kelma “tħaffef” għandha daqshekk tifsira hawnhekk? Nifhmu xi tfisser meta naraw ir-rakkont ta’ qabel dan, dak ta’ meta l-anġlu Gabrijel iħabbar lil Marija li hi se tkun Omm Ġesù, u hi, li għall-bidu ma fehmitx, meta fehmet li minn Alla, qalet “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7, 10-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

F’dawn il-jiem nakkumpanjaw il-Mulej li ġej fostna – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella ta' Marija Omm Alla fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija għadha kemm semgħet lill-anġlu jgħidilha li l-Mulej kien qed jagħmlilha proposta: li hi tgħid ‘iva’ biex issir omm Alla. Tgħidlu: “Imma dan kif jista’ jkun? Ma nagħrafx raġel.” “Il-qawwa tal-Ispirtu tal-Mulej tgħattik. Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir”. U l-anġlu, biex jikkonferma l-kliem tiegħu, jagħti lil Marija ta’ Nazaret sinjal. “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala” (Lq 1:34.35.37)… Kompli aqra »