Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 14, 21 – 15,1
Salm: Eżodu 15, 8-9.10 u 12.17

L-Evanġelju: Mt 12, 46-50

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”. Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »

Lanqas jekk jagħmlilhom l-ilma jiżfen – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin u infidil”. Dan hu l-kliem iebes li jgħid Ġesù lill-kittieba u lill-Fariżej, li riedu mingħandu sinjal. Qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Imma Ġesù kellu din ir-reazzjoni qawwija u iebsa li jsejħilhom “nisel ħażin u infidil”, u jgħidilhom li se jkollhom kundanna kbira.

Għaliex din ir-reazzjoni ta’ Ġesù? Hawnhekk Ġesù qed isejħilhom hekk, u fil-fatt aktar qabel kien ukoll sejħilhom bi kliem ieħor, bħal “nisel il-lifgħat”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 14, 5-18
Salm: 15, 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 12, 38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

Il-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Papàs Martin Zammit

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Papàs Martin Zammit bħala l-kappillan tal-parroċċa Griega-Kattolika ddedikata lil Sidtna Marija ta’ Damasku

  Il-Knisja ta' San Nikola, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Insellem lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u lill-komunità Griega-Kattolika li qed tiltaqa’ hawnhekk illum biex tagħti merħba lill-Kappillan, il-Papàs il-ġdid tagħha Fr Martin Zammit

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, li huwa fiċ-ċiklu tal-qari li titlob il-Knisja bir-rit Biżantin, huwa mill-kapitlu 5 ta’ San Mattew. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba” (Mt 5:14)… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-koppla tal-Bażilika ta’ Sant’Elena

Tlesta l‑proġett ta’ konservazzjoni u restawr tat‑tmien pitturi fuq il‑ġebla tal‑koppla tal‑Bażilika Minuri ta’ Sant’Elena f’Birkirkara. Dan il‑proġett sar b’investiment ta’ €162,000, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Prepostu Mons. Paul Vella.

Ix‑xogħol ta’ restawr fuq il‑pitturi tal‑artist Taljan Virginio Monti sar wara studju tekniku dettaljat… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 18 ta’ Lulju, 9:30am

  Il-Knisja ta' San Nikola, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 23, 1-6
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6
It-Tieni Qari: Efes 2, 13-18

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

Il-kobor ta’ Marija – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira tal-Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju llum jista’ għal mument jinħass insensittiv, speċjalment lejn ommu. Hawnhekk naraw li Ġesù kien qed ikellem lin-nies, imbagħad xi ħadd jiġi jgħidlu: Hawn ommok u ħutek – kif nafu fl-Evanġelju “ħutek” huma “qrabatek” – qegħdin ifittxu li jkellmuk. Ma tiġrix spiss fl-Evanġelju li jgħidulu: hawn ommok u l-qraba tiegħek qegħdin ifittxu li jkellmuk; għalhekk timmaġina li Ġesù kellu jieqaf, jgħid lin-nies “skużawni ftit, għax hawn ommi barra ħa nara xi trid, ħa nkellimha naqra”… Kompli aqra »

WHO/UNICEF: It-tilqim lit-tfal imxekkel mill-COVID-19

An estimated 23 million children missed out on basic vaccines through routine immunization services last year, a figure representing 3.7 million more than in 2019, say the UN Children’s Fund and the World Health Organization.

Many of these children – up to 17 million – likely did not receive any vaccine throughout the year, resulting in the exacerbation of already present inequalities in access to vaccines… Kompli aqra »