Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17, 1.9-10.15-22
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5

L-Evanġelju: Mt 8, 1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”… Kompli aqra »

Il-missjoni ta’ Ġwanni l-Battista: jgħin il-missirijiet jiskopru mill-ġdid il-paternità tagħhom – L-Arċisqof

Quddiesa tal-vġili fis-solennità tat-Twelid ta' San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet: martek Eliżabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni” (Lq 1:13). F’dan il-vers tal-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu tliet protagonisti, li huma l-qofol ta’ din is-solennità li bdejna niċċelebraw illejla, u li nkomplu niċċelebrawha għada l-24 ta’ Ġunju. Huma tliet protagonisti bi tliet ismijiet b’sinjifikant profond: Zakkarija, Eliżabetta u Ġwanni.

Isem Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’… Kompli aqra »

Maratona b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Lulju 2021, id-Dar tal-Providenza se tkun qed torganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tkun imxandra fuq l-istazzjonjiet televiżivi ewlenin bejn nofsinhar u nofsilejl.  Din il-maratona qed issir minflok il-Maratona tal-Volleyball li din is-sena, bħas-sena l-oħra, mhux possibli li ssir minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-ġbir minn din il-maratona se jmur biex fost oħrajn ikun jista’ jitnieda proġett ta’ immodernizzar ta’ erba’ flettijiet f’Villa Papa Giovanni biex kull persuna jkollha ambjent dejjem aktar dinjituż bħal bi kmamar personali mgħammra bis-servizzi meħtieġa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-evanġelizzazzjoni titlob minnha li nimxu toroq mhux mistennija

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-mixja twila ddedikata lit-talb, illum nagħtu bidu għal ċiklu ġdid ta’ katekeżijiet. Nawgura li b’din il-mixja tat-talb, irnexxielna nitolbu xi ftit aħjar, nitolbu xi ftit iżjed. Illum nixtieq nirrifletti fuq xi temi li l-Appostlu Pawlu jipproponi fl-Ittra tiegħu lill-Galatin. Hija Ittra importanti ħafna, anzi ngħid li hi deċiżiva, mhux biss biex insiru nafu aħjar lill-Appostlu, imma fuq kollox biex inqisu xi argumenti li hu jaffronta b’mod profond, u hekk juri l-ġmiel tal-Vanġelu… Kompli aqra »

Quddiesa fit-Twelid ta’ Ġwanni l-Battista – 24 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49, 1-6
Salm: 138, 1-3.13-15
It-Tieni Qari: Atti 13, 22-26

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

Stedina biex qalbna tfur bit-tama – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tas-sejħa tal-Madonna ta' Pinu

  Is-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu, l-Għarb

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid” (Ġw 2:3). Nixtieq li llejla, fis-Solennità Tal-Madonna ta’ Pinu, nirriflettu fuq il-ħarsa ta’ Marija: ħarsa ġwejda, ħarsa umli imma ħarsa mimlija għerf, li biha tagħraf lil bniedem minn xhiex ikun għaddej. Irrealizzat li dawn iż-żewġ għarajjes minn Kana tal-Galilija, li kienu qegħdin jiċċelebraw it-tieġ tagħhom, kellhom problema u qalet lil binha x’kienet qed tinnota: “Ma għandhomx inbid”… Kompli aqra »

Fidi li nistqarruha bla biża’ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa għall-familji, bil-preżentazzjoni ta’ tfal li twieldu fl-aħħar sentejn

  Il-Kolleġġjata ta' San Ġorġ, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieqkom taħsbu ftit kieku San Ġorġ kellu jagħtina llum hawnhekk il-messaġġ l-aktar importanti għal dawk kollha li huma preżenti, u għal din il-komunità. Naħseb li kieku kellu jiġi hawn, jieħu gost f’din il-knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi, Arċipretali, u jieħu gost bin-nies li jħobbu l-knisja u li jippreparawlu knisja daqshekk sabiħa għall-festa tiegħu. Imma fl-istess waqt, San Ġorġ, filwaqt li jieħu gost b’dak li hu sabiħ, lilna jħeġġiġna biex dejjem naħsbu f’dak li hu l-aktar imporanti fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15, 1-12.17-18
Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 7, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?

Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel… Kompli aqra »