Arkivji mensili: Frar 2022

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:13-17
Salm: 48 (49):2-3,6-7,8-10,11

L-Evanġelju: Mk 9:38-40

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna”… Kompli aqra »

Irtir għas-saċerdoti dwar il-mixja ta’ fidi f’San Mattew’

  Dar Manresa, Għawdex

Bejn l-14 u t-18 ta’ Frar 2022, grupp ta’ 27 saċerdot minn Malta, fosthom 14‑il kappillan, attendew għal irtir organizzat mill‑Kulleġġ tal‑Kappillani f’Dar Manresa, Għawdex immexxi minn Patri Fabio Attard SDB. It‑tema tal‑irtir kienet ‘Il‑mixja ta’ fidi f’San Mattew’.

Patri Fabio tkellem dwar xi pprova jwassal dan l‑irtir: “Dan l‑irtir hu mument fejn stajna ninqatgħu kemm kemm mir‑rutina tal‑ministeru tagħna u nikkonċentraw fuq dak li hu l‑aktar essenzjali u waqt l‑irtir ikollna aktar ħin għalih… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:1-4
Salm: 22:1-6

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom… Kompli aqra »

Għinna fil-fidi dgħajfa tagħna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għinna u ħenn għalina”. Din kienet it-talba ħerqana li għamel lil Ġesù missier it-tifel li kellu fih spirtu ħażin, u li kien għadda minn ħafna tbatija – kemm it-tifel minn ċkunitu, kif ukoll il-missier minħabba s-sitwazzjoni kerha tat-tifel. L-Evanġelju jagħtina deskrizzjoni ta’ dak li għadda minnu t-tifel tul is-snin. Mhux ta’ b’xejn li missieru mar sab lid-dixxipli ta’ Ġesù biex jagħmlu xi ħaġa biex ifejquh… Kompli aqra »

Nitolbok li jkollok qalb ta’ missier, li tirriffjuta tiġġudika jew tikkundanna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Ronnie Zammit bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Santa Luċija

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Piju X, Santa Luċija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma jħenn il-Missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu” (Salm 102:13). Is-salm 102, jantiċipa dak li qed jipprova jgħidilna Ġesù fl-Evanġelju tal-lum; b’ħafna tixbihat, li f’widnejna jinstemgħu pjuttost qawwija ħafna u strambi. “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħitkom, itolbu għal min iżeblaħkom” (Lq 6:27-28). Imma dan kollu jinġabar fil-kelma li jgħidilna lejn l-aħħar ta’ din is-silta qawwija, mill-kapitlu 6 ta’ San Luqa: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa għall-eroiżmu li jwettqu ta’ kuljum

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum Ġesù jagħti lid-dixxipli xi struzzjonijiet fundamentali għall-ħajja. Il-Mulej qed jirreferi għas-sitwazzjonijiet l-aktar diffiċli, dawk li għalina jkunu test, eżami, dawk li jqegħduna wiċċ imb wiċċ ma’ min hu għadu tagħna u ostili, quddiem min dejjem ifittex li jagħmlilna l-ħsara. F’każi bħal dawn id-dixxiplu ta’ Ġesù għandu sejħa biex ma jħallix l-istint tal-mibegħda jirkbu, imma jmur ‘l hinn, ferm aktar ‘l hinn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 3:13-18
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mk 9:14-29

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”. U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem… Kompli aqra »

Mulej, għinna naħfru bħalma inti taħfer – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-seba' Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm erba’ kelmiet sbieħ li Ġesù jgħid illum f’sentenza waħda: ħobbu, agħmlu l-ġid, bierku, itolbu. Immaġinaw kemm tkun sabiħa ħajjitna meta aħna nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu!

Imma Ġesù jgħid ħafna aktar minn hekk. Għax meta jgħid lil min, barra minn dak li qal drabi oħra li nħobbu, nagħmlu l-ġid, inbierku, nitolbu għal kulħadd, hawnhekk jispeċifika lil min: lill-għedewwa tagħna, lil dawk li jobogħduna, lil dawk li jisħtuna, lil dawk li jżebilħuna… Kompli aqra »