Arkivji mensili: Mejju 2022

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:24 – 13,5a
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8

L-Evanġelju: Ġw 12:44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja… Kompli aqra »

Mhux jitlobna ħajja perfetta imma li nafdaw fil-kelma tiegħu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post u l-ħin u għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-ragħaj it-tajjeb, fir-raba’ Ħadd wara l-Għid.

L-ewwel nett kienet ix-xitwa. Immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ovvjament Ġesù ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda

Mix-xellug: Rev. Sean Abela, Patri Robert Calleja OFM Conv. u Rev. Jean Claude Attard

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Insara LGBT: “Alla ma jiċħad lil ħadd minn uliedu”

Il-Papa Franġisku esprima appoġġ għal proġett ġdid li jipprovdi riżorsi ġodda għall-ħidma tas-saċerdoti mal-Insara LGBT fil-parroċċi. Il-Papa bagħat nota lis-saċerdot Ġiżwita James Martin, li nieda s-sit Outreach aktar kmieni dan ix-xahar.

Patri Martin kiteb ittra lill-Papa Franġisku nhar il-Ħamis li għadda, fejn staqsieh tliet mistoqsijiet li jkollu b’mod regolari minn Insara LGBT u l-familji tagħhom. Ir-risposta mill-Papa waslet fi tliet ijiem: nota miktuba bl-idejn, bl-Ispanjol… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11:19-26
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 10:22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

Il-bżonn tal-manswetudni fil-familji u fis-soċjetà tagħna – L-Arċisqof fil-festa ta’ Dun Ġorġ Preca

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  L-Awditorjum tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek, għax fiha nsib l-għaxqa tiegħi” (Salm 119:35). Dun Ġorġ ħadem bi sħiħ biex aħna lkoll nagħrfu dawn il-mogħdijiet tal-kmandamenti ta’ Alla u nsibu l-għaxqa tagħhom u tagħna fih. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Kemm hu vers sabiħ mis-Salm 119. Għaliex il-qalb tinġibed fl-imħabba. “Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek” (Salm 119:36). Ħafna drabi nibbażaw l-ubbidjenza tagħna lejn il-kmandamenti fuq il-biża’: nibża’ mill-infern, nibża’ fuq li jgħidu n-nies, nibża’ minn dak li jiġrili… Kompli aqra »

Il-ferħ tal-Knisja hu li tevanġelizza – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  Il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek!” Dawn huma l-ittri ‘MUSEUM’, it-tifsira tagħhom, tal-kelma bil-Latin, u kien proprju dan li kien f’qalb San Ġorġ Preca. Hekk smajna lil Ġesù jgħid lill-ħdax fl-Evanġelju skont San Mark: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu”.

San Ġorġ Preca, kif għedna fit-talba fil-bidu tal-quddiesa, kellu din is-sejħa speċjali minn Alla biex jaħdem ħalli l-Evanġelju jixtered mal-bnedmin kollha, u d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju ta’ Ġesù… Kompli aqra »