L-imħabba ssuqna – L-Isqof Galea-Curmi
03/06/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Id-djalogu bejn Ġesù u Pietru, fix-xatt ta’ Tiberija hu djalogu sabiħ ħafna. Hawnhekk Ġesù għal tliet darbiet jistaqsi lil Pietru jekk iħobbux – “tħobbni int?” u fil-bidu jistaqsi, “tħobbni int, aktar minn dawn?” Għaliex jistaqsih għal tliet darbiet? Mhux għax ma semax it-tweġiba, jew għax ma fehemhiex. U Pietru kien ċar fit-tweġiba: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Ħafna jaraw ir-rabta bejn din l-istqarrija għal tliet darbiet u ċ-ċaħda li għamel Pietru għal tliet darbiet fil-Passjoni ta’ Ġesù, meta ċaħad li jaf lil Ġesù… Kompli aqra »