Arkivji mensili: Ġunju 2022

Filmat: Clean up fl-Aħrax tal-Mellieħa għal Jum l-Ambjent

50 impjegat mill-Kurja tal-Arċisqof ipparteċipaw f’attività ta’ tindif fl-Aħrax tal-Mellieħa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ambjent, imfakkar kull 5 ta’ Ġunju.

L-impjegati qattgħu madwar sagħtejn inaddfu ammont kbir ta’ skart, bħal bottijiet tax-xorb, basktijiet u fliexken tal-plastik, kontenituri tal-ikel u loqom tas-sigaretti. L-iskart miġbur imbagħad tpoġġa f’post indikat għall-ġbir tal-iskart.

“Ir-rimi barra tal-iskart qed isir problema ewlenija f’Malta. Barra minn hekk, jista’ jħalli effetti negattivi fuq l-ambjent, bħal ħsara lill-ekosistema… Kompli aqra »

Il-libertà fil-qalb u l-ġenerożità – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jien ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux”. Dan hu li Ġesù jgħid illum lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju skont San Mattew. Żgur li din tinstema’ stramba. Kif lill-bniedem ħażin ma tiqaflux? Jekk bniedem qed jagħmel il-ħsara, qed iweġġa’ lil ħaddieħor – rajna llum fl-ewwel qari bniedem li jagħmel il-ħażin – jekk bniedem juża l-vjolenza kontra ħaddieħor, ma tiqaflux, tħallih jagħmel li jrid?

Nistgħu nifhmu aħjar il-kliem li qed jgħid Ġesù hawnhekk meta niftakru dak li għedna fis-salm, fejn għedna: “Għax int m’intix Alla li tħobb il-ħażen, il-ħażin ma jsibx postu għandek”… Kompli aqra »

Il-Papa mhux se jmexxi l-quddiesa ta’ Corpus minħabba wġigħ fi rkopptu

“Due to the limitations imposed on the Pope by his knee pain and because of the specific liturgical needs of the celebration, the Holy Mass and Procession with the Eucharistic Blessing will not be celebrated on the Solemnity of Corpus Christi.”

This was the statement issued on Monday by the Holy See Press Office ahead of the Solemnity.

This year, the Solemnity of Corpus Christi is on Thursday, June 16, but it is transferred in some dioceses to Sunday, June 19… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 21:17-29
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,11 u 16

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Nimpenjaw ruħna biex neliminaw il-pjaga tax-xogħol minorili

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum hi s-Solennitá tat-Trinità Qaddisa u fl-Evanġelju ta’ diċ-ċelebrazzjoni Ġesù jippreżentalna liż-żewġ persuni divini l-oħra, il-Missier u l-Ispirtu s-Santu. Dwar l-Ispirtu jgħid: “Ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’ mingħandi u jħabbrilkom il-ġejjieni”.  Imbagħad, dwar il-Missier jgħid: “Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi” (Ġw 16: 14-15).  Ninnutaw li l-Ispirtu s-Santu jitkellem, imma mhux dwaru nnifsu: iħabbar lil Ġesù u jirrivela lill-MissierKompli aqra »

Pubblikat ir-rapport annwali tal-fundazzjoni St Jeanne Antide

Boosting self-reliance in vulnerable families is the annual report 2021 published by NGO St Jeanne Antide Foundation (VO/0005) highlighting the outcomes of the services it offers to families in distress beset by complex life challenges. The booklet includes a detailed account of the different supports offered by SOAR to survivors of domestic violence. SOAR is run by trained and mentored survivors of domestic violence… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju, f’tal-Virtù, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 21:1-16
Salm: 5:2-3,5-6,7

L-Evanġelju: Mt 5:38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar.

U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn… Kompli aqra »

Imħabba li tħaddan – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Trinità Qaddisa

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Abbandunati, il-Wardija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem biex taħseb fih?” Hekk għedna lill-Mulej fis-Salm illum aħna u nfaħħruh u ngħidulu: “Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!”

Dan hu t-tifħir li nagħtu lill-Mulej illum fis-solennità tat-Trinità Qaddisa. Aħna nfaħħru l-isem ta’ Alla, kbir fl-art kollha, Alla li hu t-Trinità – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Hu dan l-isem ta’ Alla li nsejħu kontinwament meta rroddu s-salib, u li nsejħu wkoll f’ħafna mit-talb tal-quddiesa, u dan ukoll li nfaħħru meta ngħidu: “Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu”… Kompli aqra »