Il-Mużew Ekkleżjastiku fil-Mellieħa se jitlesta sal-aħħar tas-sena
10/06/2022Ix-xogħlijiet fuq il-Mużew Ekkleżjastiku fil-Mellieħa mistennija jkunu lesti sal-aħħar tas-sena. Il-proġett qed isir mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta b’investiment ta’ kważi €300,000 u hu ffinanzjat parzjalment mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l-Arċipriet tal-Mellieħa Dun Joe Caruana flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett żaru dawn ix-xogħlijiet fil-binja tal-Pellegrini fil-Mellieħa.
Fuq il-post ġie spjegat li fl-imgħoddi din il-binja kienet tintuża bħala post ta’ mistrieħ mill-pellegrini li kienu jżuru l-Madonna tal-Mellieħa wara vjaġġ twil ħafna, meta ma kienx hawn il-mezzi tat-trasport kif għandna llum… Kompli aqra »