Arkivji mensili: Lulju 2022

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħalla Malta t‑Tnejn filgħaxija, 18 ta’ Lulju 2022, għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall‑morda. Dan hu d‑90 pellegrinaġġ annwali li qed torganizza l‑Għaqda Maltija għat‑Trasport tal‑Morda f’Lourdes (UMTAL). L‑Arċisqof hu akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, kif ukoll minn Dun Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar tal‑Providenza.

Għal dan il‑pellegrinaġġ qed jattendu 180 persuna: 55 pazjent, 65 pellegrin u 60 voluntier li jinkludu tobba, infermiera u spiżjara… Kompli aqra »

Inawgurat monument għall-anzjani vittmi tal-Covid-19

  Tas-Sliema

Il-President ta’ Malta George Vella inawgura monument f’Tas-Sliema li jfakkar lill-anzjani li tilfu ħajjithom matul il-pandemija tal-Covid-19. Il-President qal li din il-pandemija kienet kiefra għall-anzjani, l-aktar dawk f’residenzi jew l-isptarijiet minħabba n-nuqqas ta’ kuntatt fiżiku ma’ dawk l-aktar qrib tagħhom.

Appella biex bħala soċjetà nsibu mezz ta’ kif insaħħu l-preżenza tagħna fil-ħajja tal-anzjani. “Kull wieħed u waħda minna jista’ jagħti sehmu biex il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna tmur dejjem għall-aħjar,” qal il-President… Kompli aqra »

Għandna s-sinjal definittiv – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek” (Mt 12:38). Din kienet it-talba li għamlu xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum, talba li għamlu lil Ġesù. Għall-bidu tidher qisha talba pulita – jixtiequ jaraw sinjal – imma r-reazzjoni ta’ Ġesù hija reazzjoni ħarxa, għax jgħid għalihom “nisel ħażin u infidil” (Mt 12:39).

Għaliex din ir-reazzjoni qawwija ta’ Ġesù? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 7:14-15,18-20
Salm: 84 (85):2-4,5-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 12:46-50

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”. Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. 

Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus iħeġġeġ biex nibdew il-ġurnata bil-Kelma t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum itina xena domestika vivaċi b’Marta u Marija, żewġ aħwa li jilqgħu lil Ġesù bħala mistieden fid-dar tagħhom (ara Lq 10:38-42). Marta minnufih tmidd idejha biex tilqa’ lill-mistednin, filwaqt li Marija tintefa’ bilqiegħda f’riġlejn Ġesù biex toqgħod tisimgħu. Allura Marta ddur lejn l-Imgħallem u titolbu jgħid lil Marija biex tgħinha. It-tgemgima ta’ Marta ma tidhirx barra minn lokha; anzi nħossu li nistgħu ntuha raġun.  Madankollu Ġesù jweġibha: “Marta, Marta! … Kompli aqra »

Xogħol li jkun frott is-smigħ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sittax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tas-Sagra Familja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li ħadd minna ma jlum lil Marta li lmentat ma’ Ġesù, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa llum, li x-xogħol li kellha tagħmel id-dar waqa’ fuqha biss, u oħtha, li kienet hemm, ma kinitx qed tgħin. Qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” (Lq 10:40) Nifhmuha, għax kultant jiġri hekk, anke fil-ħajja tal-familja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 6:1-4,6-8
Salm: 49 (50):5-6,8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 12:38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

Nimxu fuq il-pass ta’ ommna Marija – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija!” Kemm hu sabiħ dan ir-responsorju li għadna kemm tlabna, f’din il-quddiesa solenni fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Ta’ min naħsbu ftit fuq dan il-versett, li nirrepetuh ta’ kull sena f’din it-tifkira solenni tas-16 ta’ Lulju; proprju f’din is-sena li qed niċċelebraw l-400 anniversarju mill-ewwel purċissjoni fil-Belt Valletta, bi xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu. Il-mixja flimkien. Bil-Grieg, nimxu flimkien hi ‘syn hodos’ – sinodu… Kompli aqra »