Arkivji mensili: Ottubru 2022

Quddiesa u Rużarju – 8 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 8:22-23,27-30
Salm: 83:3-5,10-11

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.

Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u tela’ ma’ tina selvaġġa, għax minn dik in-naħa kien sa jgħaddi… Kompli aqra »

Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru b’pittura ġdida ta’ Kristu

  Id-Dar tal-Kleru

Fil-jiem li għaddew fil-Kappella tad-Dar tal-Kleru tqiegħed salib li jirraffigura lil Kristu Saċerdot imsallab imma f’pożizzjoni ta’ qawmien. Dan tpitter minn Dun Peter Paul Sultana li hu l-amministratur parrokkjali tal-parroċċa tal-Manikata. Il-pittura saret fuq l-injam wara li nħadmet bil-ġibs. Is-salib tbierek mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.

Dwar il-pittura, is-saċerdot spjega li fil-fidi naraw is-salib bħala punt ta’ tluq għall-qawmien ta’ Ġesù. Għalhekk f’din il-pittura naraw lil Kristu f’direzzjoni ta’ qawmien, anke l-idejn ta’ Kristu jidhru li mhumiex fin-nofs tal-ispazju tal-injama orizzontali tas-salib, iżda qegħdin iktar ’il fuq sabiex jesprimi moviment ’il fuq, li jissimbolizza l-qawmien… Kompli aqra »

Marija, għallimna nitolbu – L‑Isqof Galea‑Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fit-tifkira llum tal-Madonna tar-Rużarju, tajjeb li aħna nġeddu l-fiduċja tagħna f’din l-omm li takkumpanjana fil-ħajja tagħna. Ġesù minn fuq is-salib tahielna bħala omm, biex hi tieħu ħsiebna, tħarisna, biex tipproteġina u takkumpanjana bl-imħabba.

Filwaqt li aħna nħarsu lejn Marija dejjem bħala dik l-omm li miexja magħna f’ħajjitna, hi wkoll omm li tgħallimna, u tgħallimna ħafna affarijiet importanti għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 3:7-14
Salm: 9:2-3,6 u 16:8-9

L-Evanġelju: Lq 11:15-26

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 3:1-5
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Lq 11:5-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu: “Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih”. U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: “Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-eżami tal-kuxjenza jgħinna biex naraw qalbna

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Katekeżi fuq id-Dixxerniment: 4. L-elementi tad-dixxerniment. Inkunu nafu lilna nfusna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu nħarsu lejn it-tema tad-dixxerniment. L-aħħar darba rajna kif element indispensabbli tiegħu huwa t-talb, mifhum bħala familjarità u kunfidenza ma’ Alla. It-talb, mhux bħall-pappagalli, imma bħala familjarità u kunfidenza ma’ Alla; talb tal-ulied lill-Missier; talb b’qalb miftuħa. Dan rajnieh fl-aħħar Katekeżi. Illum nixtieq, b’mod kważi kumplimentari, nagħfas fuq kif dixxerniment tajjeb jitlob ukoll l-għarfien tagħna nfusnaKompli aqra »

Il-qaddisin jgħallmuna paċenzja straordinarja – L-Arċisqof

  Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq

Aħna u niċċelebraw il-festa ta’ San Franġisk, nifhmu kemm huma importanti dawn iż-żewġ aspetti, li Ġesù kien isib fl-ambjent fejn seta’ jkun f’ambjent ta’ mistrieħ, mal-ħbieb. Kien japprezza żgur ix-xogħol ta’ Marta li kienet tnaddaf u ssajjar, imma apprezza wkoll l-atteġġjament ta’ Marija li tisimgħu b’ħerqa u bi mħabba kbira.

San Franġisk jgħallimna dawn iż-żewġ aspetti. Lil uliedu spiritwali, lil ħbieb tiegħu qalilhom: ‘Oħorġu u pprietkaw, meta jkun hemm bżonn użaw il-kliem… Kompli aqra »