Yearly Archives: 2022

Xandar tal-Evanġelju – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Mark

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mark hu wieħed mill-erba’ evanġelisti. Kien il-kuġin ta’ San Barnaba, u fil-fatt narawh flimkien ma’ Barnaba u Pawlu f’wieħed mill-vjaġġi missjunarji tagħhom. Imbagħad kien hemm xi żmien li kien hemm nuqqas ta’ ftehim, kif naqraw fl-Atti tal-Appostli Kapitlu 15, u spiċċa hu jmur ma’ Barnaba, u Pawl band’oħra. Imma iktar ’l quddiem naraw li jerġgħu flimkien. San Pawl fit-Tieni Ittra lil Timotju jgħidlu: “Ħu ’l Marku u ġibu miegħek għax hu jiswieli ħafna għall-ministeru” (2 Tim 4:11)… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ ħames djakni ġodda

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna ħames djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 30 ta’ April 2022. Il‑quddiesa se ssir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑ħames djakni huma tliet seminaristi u żewġ reliġjużi. It‑tliet seminaristi huma Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Ian Diacono mill‑Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema; u Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara… Kompli aqra »

Il-ħniena ta’ Alla spiss tpoġġina f’kuntatt mat-tbatijiet tal-proxxmu – il-Papa

Quddiesa tal-Ħniena Divina

  Il-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan

Illum Kristu Rxoxt jidher lid-dixxipli u lilhom, li kienu abbandunawh, joffrilhom il-ħniena tiegħu, billi jurihom il-pjagi tiegħu. Il-kelmiet li jgħidilhom għandhom ritmu ta’ tislima, li fil-Vanġelu tal-lum tidher tliet darbiet: “Is-sliem għalikom!” (Ġw 20:19,21,26). Is-sliem għalikom! Din hi t-tislima tal-Irxoxt, li jiġi jiltaqa’ ma’ kull dgħufija u żball tal-bniedem. Ejjew mela nimxu ma’ dawn it-tliet sliem għalikom! ta’ Ġesù: niskopru fihom tliet azzjonijiet tal-ħniena divina fina… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:5b-14
Salm: 88:2-3,6-7,16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

Ikollok ħniena minna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Ħniena Divina

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom”. Din kienet it-tislima li ta Ġesù lid-dixxipli tiegħu meta dehrilhom wara li qam mill-mewt, għal darba darbtejn, u din hi t-tislima li aħna nixtiequ li jkollna, u dak li qed infittxu aħna li miġburin flimkien niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Aħna nixtiequ li jkollna s-sliem l-ewwel nett f’qalbna – il-paċi f’qalbna – imbagħad il-paċi man-nies li ngħixu magħhom, paċi fis-soċjetà tagħna u paċi fid-dinja… Kompli aqra »

Mulej tiegħi u Alla tiegħi

Quddiesa fit-Tieni Ħadd il-Għid

  Il-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna fl-Evanġelju kif id-difetti, in-nuqqasijiet, u d-dnubiet ta’ dawk qrib ta’ Ġesù, tat-tnax, narawhom, u narawhom mhux darba jew tnejn, imma diversi drabi. Tolqotna għax dawn il-persuni kienu l-bidu tal-Knisja, u min kiteb l-Evanġelju, flok għatta, iċċensura, in-nuqqasijiet u d-difetti tagħhom, semmiehom – u kull darba aħna niftakru fihom.

Bla ħabi

Niftakru speċjalment, meta ċċelebrajna l-Passjoni ta’ Ġesù, fiċ-ċaħdiet ta’ Pietru – Pietru, il-kap tal-Knisja… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – It-Tieni Ħadd tal-Għid

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għat-Tieni Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ April

Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:12-16
Salm: 117(118):2-4,22-24,25-27a
It-Tieni Qari: Apok 1:9-11a,12-13,17-19

L-Evanġelju: Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! … Kompli aqra »