Yearly Archives: 2022

Il-Papa fl-Udjenza: Nitlobkom qarrbu lit-tfal żgħar lejn l-anzjani, dejjem ressquhom qrib tagħhom

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, bl-għajnuna tal-Kelma ta’ Alla li smajna, niftħu passaġġ li jgħaddi mid-dgħufija tal-età anzjana, immarkata b’mod speċjali mill-esperjenzi ta’ konfużjoni u ta’ taqtigħ il-qalb, ta’ telfa u ta’ abbandun, ta’ diżillużjoni u ta’ dubju. Naturalment, l-esperjenzi tad-dgħufija tagħna, quddiem is-sitwazzjonijiet drammatiċi – f’xi waqtiet traġiċi – tal-ħajja, jistgħu jseħħu f’kull żmien tal-ħajja. Madankollu, fl-età anzjana dawn jistgħu jħallu inqas impressjoni u jwasslu biex bħal jindraw, biex ma ngħidux ukoll jibdew jagħtu fastidju… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:11-26
Salm: 8:2a,5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? … Kompli aqra »

Ġbir ta’ affarijiet essenzjali għall-poplu Ukren

Nhar is‑Sibt li ġej, 23 ta’ April 2022, għadd ta’ parroċċi f’Malta se jiġbru affarijiet bażiċi u essenzjali li għandu bżonn bħalissa l‑poplu Ukren. Din l‑inizjattiva qed tiġi kkordinata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal‑Koperattiva LOOP. 

Il‑prodotti meħtieġa jinkludu: ikel tat‑trabi, frott, ħaxix u laħam fil‑bottijiet, ħalib long‑life, juices, cereal bars, ikel li jsir malajr bħal noodles, ħrieqi tat‑trabi u l-adulti, diżinfettanti, prodotti għall‑iġene personali għall‑irġiel u għan‑nisa, toothpaste u mouthwash, sleeping bags, kutri, vacuum flasks kbar, lampi rechargeable u power banks għall‑mobile phones… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – L-Erbgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:1-10
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:13-35

Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh… Kompli aqra »

Marija Assunta tfakkarna fil-qawmien mill-imwiet – L-Arċisqof

Quddiesa fil-100 sena anniversarju mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, l-Imġarr

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar ta’ Ġesù, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd. Kienet qed tfittex il-katavru għażiż ta’ Ġesù. L-idea tagħha, bħal ta’ nisa devoti oħra, kienet li jidilku l-ġisem għażiż, imma mejjet ta’ Ġesù bil-fwejjaħ. Att ta’ qima u ta’ mħabba; imma li fl-istess ħin ma jsirx u lanqas ixejjen il-liġi tat-tħassir ta’ kull ġisem li jmut. Tmur ħdejn il-qabar u mhux biss issib il-ġebla mgerrba imma wkoll il-qabar vojt… Kompli aqra »

Live: Nipproteġu l-paċi fost it-tifrik tal-gwerra

Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna għadha għaddejja, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi llejla se torganizza taħdita pubblika dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jitfa’ dawl fuq ir-responsabbiltà li għandha l-komunità internazzjonali, inkluż dik ta’ Malta, b’rabta mal-protezzjoni ta’ ħajjiet innoċenti mill-ħruxija tal-kunflitti u l-gwerer. Din se ssir f’Dar Ħanin Samaritan f’Santa Venera u tibda fis-7pm.

Patri René Micallef SJ, li huwa Professur Assoċjat tal-Università Pontifiċja Gregorjana f’Ruma, se jindirizza t-taħdita… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Kif inhu differenti Kristu Rxoxt?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet u f’dawn il-ġimgħat se nisimgħu diversi rakkonti tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Waħda mill-affarijiet li toloqtna hija li d-dixxipli għexu miegħu għal minn tal-anqas tliet snin u kienu jafuh sew; bħalma kienet tafu sew Marija ta’ Magdala li kienet marret fil-jum tal-Ħadd ħdejn il-qabar tfittex katavru biex tkompli r-ritwal tad-dilka bil-fwejjaħ. Kienet taf lil Ġesù, kienet taf il-fatizzi tiegħu imma l-Evanġelju jinsisti li ħarset lejh u ma għarfitux… Kompli aqra »