Yearly Archives: 2022

Il-Papa fil-Quddiesa taż-Żjut: M’hemm l-ebda paċi akbar mill-maħfra tiegħu

  Il-Bażilika ta' San Pietru, il-Vatikan

In the reading from the Prophet Isaiah that we have heard, the Lord makes a promise full of hope, one that concerns us at first hand: “You shall be called priests of the Lord; they shall speak of you as the ministers of our God… I will faithfully give them their recompense, and I will make an everlasting covenant with them” (61:6.8). Being priests, dear brothers, is a grace, a very great grace, yet it is not primarily a grace for us, but for our people. [1] The fact that the Lord chooses, from among his flock, some who devote themselves exclusively to the care of his flock as fathers and shepherds is a great gift for our people… Kompli aqra »

“Illum nitolbu maħfra għall-kompliċità tagħna mal-inġustizzji” – L‑Arċisqof

L-Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk jiena għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa għaliex terfa’ idejk fuqi?” (Ġw 18:23). Din hija d-domanda li Ġesù jagħmel lill-qaddej tal-qassis il-kbir li jagħtih daqqa ta’ ħarta. Din hija l-mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna waqt li qed infakkru l-passjoni tal-Mulej Ġesù. Għaliex? Għaliex din kienet ir-risposta tagħna għall-Iben ta’ Alla magħmul bniedem li ta ħajtu għalina u li sar bniedem bħalna f’kollox minbarra fid-dnub u wriena t-triq tas-sewwa? … Kompli aqra »

Tah kollox f’idejh, u jdejh użahom biex jaqdi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Santu Wistin għandu espressjoni fil-ktieb tiegħu Il-Belt ta’ Alla li kiteb fis-seklu ħamsa. Tgħid hekk, bil-Latin: “libido dominandi”. Tfisser: il-kilba biex taħkem, biex tiddomina. Hu juri kif fir-realtà tal-ħajja tagħna – qed jitkellem dak iż-żmien, imma nafu li hekk hu wkoll fi żmienna – fin-nies kultant bejniethom, fis-soċjetajiet, bejn in-nazzjonijiet, hemm din il-kilba biex taħkem li ma tħallix lill-bniedem jirraġuna; il-bniedem jispiċċa hu stess immexxi minn din il-kilba… Kompli aqra »

Il-Papa f’Ħamis ix-Xirka: Il-Mulej jiġġudika u jaħfer

  Il-Faċilità Korrettiva ta' Civitavecchia, Ruma

Kull Ħamis ix-Xirka naqraw din is-silta mill-Vanġelu: hija ħaġa sempliċi. Ġesù, flimkien ma’ ħbiebu, id-dixxipli tiegħu, jinsab waqt ikla, l-ikla tal-Għid; Ġesù li jaħsel riġlejn id-dixxipli tiegħu – ħaġa stramba din li għamel: f’dak iż-żmien ir-riġlejn kienu jaħsluhom l-ilsiera fid-daħla tad-dar. U mbagħad, Ġesù – b’ġest li jmiss ukoll il-qalb – jaħsel riġlejn it-traditur, dak li biegħu. Hekk hu Ġesù, u jgħallimna dan, sempliċiment: fostkom, għandkom taħslu r-riġlejn… Kompli aqra »

“Ma niċħdux l-għatx li hemm fina għall-imħabba” – L‑Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-kalċi mbierek huwa xirka mad-demm ta’ Kristu” (Salm 115). Meta l-Appostlu Missierna San Pawl jikteb lill-Korintin jinsisti li t-tagħlim li aħna nemmnu fih u li qegħdin nikkomemoraw, inġeddu u nfakkru llum, irċevih mingħand il-Mulej. “Jiena rċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż wara li radd il-ħajr qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi’… Kompli aqra »

L-Evanġelju fil-Ġimgħa l-Kbira: 15 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:13 – 53:12
Salm: 30 (31):2,6,12-13,15-16,17,25
It-Tieni Qari: Lhud 4:14-16; 5:7-9

L-Evanġelju: Ġw 18:1 – 19:42
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann  

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Li nkunu qrib Alla ġġagħlna nkunu viċin mal-poplu qaddis tagħna – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

Quddiesa bit-tberik taż-żjut

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sibt ’il David, qaddej tiegħi, biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu” (Salm 88:21). Il-Knisja tagħżel Salm 88 biex tiċċelebra dak li qegħdin nagħmlu. Iż-żejt imqaddes li l-isqof ibierek, f’isem il-Knisja u f’isem Ġesù, hu żejt li noffru imma li jsir strument, aġent tal-grazzja. “Biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu” (Salm 88:21) u l-Mulej, ma’ din id-dilka qaddisa, iwiegħed ukoll il-fedeltà, it-tjieba u l-qawwa. “Tkun idi dejjem miegħu, insaħħu wkoll bi driegħi” (Salm 88:22)… Kompli aqra »

Live: It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej f’Ħamis ix-Xirka – 14 ta’ April, 6pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »