Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju f’Jum id-Duluri – 8 ta’ April, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa ta’ Devozzjoni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,5-6,7

L-Evanġelju: Ġw 10: 31-42

F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?”. Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla”… Kompli aqra »

L-Airmalta torganizza titjira edukattiva għal tfal minn djar tal-Knisja

Mistiedna tfal minn Fondazzjoni Sebħ u St Patrick's Home

Madwar 40 tifel u tifla minn diversi djar ta’ Fondazzjoni Sebħ u d‑Dar ta’ San Patrizju kienu mistiedna għal titjira edukattiva ta’ 75 minuta. It‑titjira tal‑Air Malta, KM1952, li ttajret f’altitudni ta’ 20,000 pied lejn Sqallija u lura, inkludiet flyby tal‑Muntanja Etna fejn it‑tfal setgħu jaraw il‑quċċata miksija bil‑borra tal‑akbar vulkan fl‑Ewropa. It‑titjira kienet operata b’Airbus 320NEO, wieħed mill‑aktar ajruplani effiċjenti u ambjentalment nodfa li qed joperaw bħalissa… Kompli aqra »

Ersaq lejn il-qawwa li jagħti Ġesù għall-maħfra ta’ dnubietna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kapitlu 8 ta’ San Ġwann hu forsi wieħed mill-iżjed diffiċli għax hemm djalogu iebes ħafna, polemika bejn Ġesù u l-Fariżej, Ġesù u l-Lhud. U l-kwistjoni hi: min hu Ġesù u l-għarfien tiegħu nnifsu. “Int x’taħseb li int?” (Ġw 8:53).

Min jaf kemm dil-ħaġa ngħiduha lil min iwassalna għand Ġesù u jwasslilna l-Kelma tiegħu. Imma Ġesù jibqa’ jinsisti li hu jobdi lill-Missier, iħares il-kelma tiegħu u li Abraham, missierna fil-fidi, hu dak li ra l-jum ta’ Ġesù: “Rah,” qal, “u feraħ” (Ġw 8:56)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17:3-9
Salm: 104 (105):4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Ġw 8:51-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”.

Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Grazzi lil dan il-poplu Malti tal-laqgħa tiegħu hekk umana, hekk Nisranija

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba bikom!

Is-Sibt u l-Ħadd li għadda żort Malta: Vjaġġ appostoliku li kien ilu żmien ipprogrammat; kien ġie pospost sentejn ilu, minħabba l-Covid u l-konsegwenzi tiegħu. Ftit jafu li Malta, imqar jekk hi gżira f’nofs il-Mediterran, bikri ħafna laqgħet il-Vanġelu. Għaliex? Għax l-Appostlu Pawlu safa nawfragu qrib il-kosta tagħha u b’mod tal-għaġeb salva hu flimkien ma’ dawk li kienu fil-ġifen, fuq 270 ruħ… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’April 2022

Matul ix-xahar ta’ April, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-9:30am mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Ġesù min hu għalija? Statwa tal-kartapesta? – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kapitlu 8 ta’ San Ġwann hu kapitlu, fejn ir-raba’ Evanġelju jippreżentalna konflitti kbar bejn Ġesù u l-establishement reliġjuż ta’ dak iż-żmien: il-Fariżej, il-Kittieba. U fil-fatt fil-bidu ta’ dan l-Evanġelju jitkellem mal-Fariżej, dawk li kienu l-għorrief tal-liġi, dawk li kellhom il-qawwa jinterpetaw il-liġi u jgħidu lill-poplu kif għandu jsegwi l-liġi.

Jinsisti magħhom fuq xi ħaġa li ma jiħdux gost biha… Kompli aqra »