Yearly Archives: 2022

Caritas Malta bi proġett li jħalli x-xtut indaf

Matul din is-sena, Caritas Malta daħlet għall-proġett ‘Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services’ (VOPS 6/2021) permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS).

Permezz ta’ din l-iskema nkisbu numru ta’ kayaks għall-użu fil-Komunitajiet Terapewtiċi ta’ Caritas kif ukoll ngħata taħriġ fl-użu tal-kayaks lill-ħaddiema ta’ Caritas biex ikunu jistgħu jmexxi lir-residenti f’attività ta’ grupp bil-kayaks… Kompli aqra »

Qalagħha għax qal il-verità – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tolqotna r-reazzjoni vjolenti tan-nies li fis-sinagoga kienu qed jisimgħu lil Ġesù. Meta semgħuh, jgħidilna l-Evanġelju, dawn qamu, ħarġuh ’il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Verament vjolenti! Lanqas tgħid, pereżempju, li waqt li qed jitkellem Ġesù kien hemm xi ħadd u beda jgħajjat li ma jaqbilx miegħu, jew qalulu “itlaq ’il barra mis-sinagoga”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus iwissi kontra l-birda mill-gwerer u l-vittmi li jħallu

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Ninsabu fil-qofol tal-mixja tar-Randan u fil-bidu tiegħu, l-Evanġelju tal-lum jippreżentalna lil Ġesù li jikkkumenta dwar xi ġrajjiet li seħħew. Waqt li kienet għada friska t-tifkira tat-18-il persuna li kienu mietu fit-tiġrif ta’ torri, jirrakkuntawlu wkoll dwar xi Galilej li sfaw maqtulin minn Pilatu (ara 13:1). U hemm mistoqsija li donnha takkumpanja dawn l-aħbarijiet traġiċi: ta’ min hi l-ħtija ta’ dawn il-fatti terribbli? Forsi dawn in-nies kienu aktar ħatja minn oħrajn u Alla ried jikkastigahom? Dawn huma mistoqsijiet li jibqgħu jkunu dejjem attwali; meta l-aħbarijiet ħżiena jgħakksuna u nħossuna bla saħħa quddiem il-ħażen, spiss nistaqsu lilna nfusna: forsi dan hu kastig minn Alla? … Kompli aqra »

Napprezzaw iż-żmien li l-Mulej jagħtina – L-Isqof Galea

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Ranadan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Iż-żewġ ġrajjiet li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju llum, hu u jitkellem man-nies – il-massakru li kien għamel Pilatu mill-Galilin, u t-torri li kien waqa’ fuq 18-il ruħ u qatilhom – kienu ġrajjiet li n-nies ta’ dak iż-żmien kienu midħla tagħhom, u baqgħu jsemmuhom. U kienu dak iż-żmien, bħalma nistaqsu aħna llum, jagħmlu l-mistoqsija: għaliex? Għaliex dawk in-nies kienu hemmhekk, meta waqa’ t-torri u qatilhom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:1-15a
Salm: 41 (42):2,3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Lq 4:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

Irridu nieħdu paċenzja bina nfusna u l-ewwel paċenzja trid teħodha bik innifsek – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Randan fejn sar l-iskrutinju tal-Katekumeni

  Is‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jibda minn żewġ fatti li ġraw fi żmienu. Wieħed minnhom kien att vjolenti ħafna, traġiku, abbuż kbir ta’ poter: Pilatu li joqtol diversi Lhud mill-Galilija li kienu qegħdin joffru s-sagrifiċċju, xi ħaġa li forsi ma għoġbitux u b’risposta qatilhom u kif jgħid Ġesù din l-espressjoni qawwija ħafna: “ħallat demmhom mal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom” (Lq 13:1).

Il-mistoqsija ta’ Ġesù hi mistoqsija li jagħmel ukoll lilna: “Taħsbu intom li dawn kien jistħoqqilhom din il-mewta kiefra, dan it-tmiem krudili? … Kompli aqra »