Yearly Archives: 2022

“Li tkun preparat, speċjalment fir-Randan, ifisser li terġa’ tiskopri s-sbuħija tal-paċenzja u l-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

Quddiesa għall-Kattoliċi barranin f'Malta

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Today’s Gospel starts from an event that happened during the time of Jesus; a tragic event that Jesus mentions by name. Pontius Pilate decides to punish several Galileans that were doing sacrifices to God, without permission. They are killed as they were doing an act of worship. Jesus says: “Pilate had mingled their blood with that their sacrifices” (Lk 13,1)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Marzu, 9:30am

  Is‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Marzu

It-tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Eż 3:1-8a,13-15
Salm: 102(103):1-2,3-4,6-7,8,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 10:1-6,10-12

L-Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

Eluf għall-quddiesa mal-Papa Franġisku fuq il-Fosos

Ġimagħtejn mill-vjaġġ appostoliku tal-Papa f'Malta

Il‑Kumitat Organizzattiv Djoċesan għaż‑żjara tal‑Papa qed jippubblika impressjoni artistika tat‑tribuna li se tinbena fuq il‑Fosos u li minnha l‑Papa Franġisku se jiċċelebra l‑quddiesa tal‑Ħadd, 3 ta’ April 2022, fl‑10:15am. Din ġiet iddisinjata mid‑direttur artistiku Carlo Schembri bil‑kollaborazzjoni tal‑Perit Joe Bondin li qed jieħu ħsieb l‑istruttura tagħha u s-Sur Anton Attard li qed jieħu ħsieb il-loġistika.

Id‑disinn tat‑tribuna hu ispirat mill‑forma tal‑kurċifiss, biċ‑ċirku u r‑raġġi ħerġin minnu jirrappreżentaw l‑Ewkaristija… Kompli aqra »

Biex nagħmlu l-frott – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħawwilha bid-dwieli”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum fuq dan is-sid tal-għalqa li ħawwel l-għalqa tiegħu bid-dwieli u fdaha f’idejn xi bdiewa. Fl-Iskrittura, it-tixbiha mal-għalqa tad-dwieli għandha tifsira kbira. Għaliex? Għax l-għalqa tad-dwieli kienet tfisser ħafna għan-nies fi żmien Ġesù, u anke qabel. Kienet xi ħaġa għażiża. Għalhekk meta qed jgħid li s-sid iqabbel l-għalqa tad-dwieli lil xi bdiewa, qed jitkellem fuq l-għożża ta’ Alla għall-poplu tiegħu… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tielet Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tielet Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 13:1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? … Kompli aqra »

Għajnuna finanzjarja għall-proġett New Hope ta’ Caritas

  San Blas, is-Siġġiewi

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal issiġilla ftehim ieħor mal-Fondazzjoni Caritas, bi ftehim li jlaħħaq l-€4.2 miljun. Dan l-investiment se jkun qed iwassal biex jitmexxa l-proġett New Hope, li jgħin persuni jegħlbu diffikultajiet b’rabta mal-użu tad-droga.

Il-proġett New Hope se jkun qed jipprovdi programmi ta’ rijabilitazzjoni, għall-irġiel u n-nisa rispettivament f’San Blas. Dan il-ftehim mifrux fuq medda ta’ tliet snin, hu mħejji biex jagħti sapport lill-klijenti u sens ta’ empowerment, li jwassalhom biex jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-5a,12-14a,16
Salm: 88:2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum 4:13,16-18,22

L-Evanġelju: Mt 1:16,18-21,24a (jew jista’ jinqara Lq 2:41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar Dun Peter Serracino Inglott: Kien kuxjenza li ċċaqlaqna

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Dun Peter Serracino Inglott fl-10 anniversarju minn mewtu

  Il-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jindirizza din il-parabbola lill-kapijiet, lill-Fariżej. Jagħti isem lill-fqajjar: “wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda” (Lq 16:20). Nafu li wieħed mill-ħbieb kbar ta’ Ġesù, kien jismu Lazzru. Ma nafux jekk il-qalb ta’ Ġesù, ftakritx fil-ħabib tiegħu, ħu Marta u Marija, meta ried jagħti isem lil dan il-fqir.

L-għani m’għandux isem. It-tradizzjoni tagħtih hi stess bil-Latin dives, imma dives hi ‘għani’… Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-50 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-1972

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għada, 19 ta’ Marzu 2022, 22 saċerdot, djoċesani u reliġjużi, se jfakkru l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-quddiesa se titmexxa mill-Isqof Vincent Costa, li hu l-Isqof ta’ Jundiaí fil-Brażil, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fis-5.45pm. Fost dawn is-saċerdoti, hemm uħud li qed jaħdmu fil-Brażil, l-Awstralja u l-Ġermanja. Tliet saċerdoti ħallew din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem.

Dawn is-saċerdoti jaħdmu bħala għalliema, kappillani u viċijiet fil-parroċċi u fid-djar tal-anzjani, f’ħidma djoċesana u anke fil-Vatikan, inkluża wkoll il-ħidma ta’ isqof fil-Brażil… Kompli aqra »