Yearly Archives: 2022

Il-President jiltaqa’ mar-residenti li qed isegwu l-Prison Inmates Programme ta’ Caritas Malta

Il-President George Vella ma’ Anthony Gatt, id-Direttur ta’ Caritas Malta (Ritratt: DOI)

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella ltaqgħu ma’ 11-il resident li bħalissa qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga tal-Caritas – il-Prison Inmates Programme – barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fit-12 ta’ Marzu 2022.

Uħud mir-residenti qasmu mal-President u mas-Sinjura Vella l-esperjenzi u d-diffikultajiet li affaċċjaw minħabba l-problema tad-droga, li kawża tagħha xellfu difrejhom mal-ġustizzja… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:18-20
Salm: 30 (31):5-6,14,15-16

L-Evanġelju: Mt 20:17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”… Kompli aqra »

Mulej saffina minn kull frugħa – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jitkellem dwar it-tmexxija, it-tmexxija anke fil-Knisja. Ħafna affarijiet li hu jilmenta dwarhom insibuhom ukoll fostna, fil-qalb tagħna. U aħna nitolbu f’dan il-jum tar-Randan biex il-Mulej isaffina minn kull frugħa, dik li l-Papa Franġisku jsejjaħlu l-ispirtu tal-mondanità, l-ispirtu tad-dinja li jitħallat mal-affarijiet qaddisa, ħallata ballata, u jitbiegħed mit-tagħlim ta’ Ġesù.

Imma ħaġa li ta’ min naħsbu ħafna fuqha, l-aħwa, hi propju l-mod kif inħarsu lejn xulxin u niġġudikaw lil xulxin għax dan l-Evanġelju jsegwi fuq dak li smajna anke lbieraħ meta qalilna: “tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati; tikkudannawx u ma tkunux ikkundannati” (Lq 6:37)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

X’jiġifieri ma niġġudikawx? – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Din is-silta qasira mill-Evanġelju skont San Luqa għandha messaġġ qawwi ħafna għal ħajjitna, mhux biss għal xi ċirkustanza partikulari imma għall-ħajja ordinarja tagħna.

Ġesù lid-dixxipli tiegħu qed jgħidilhom: “Tiġġudikawx… tikkundannawx”. Aħna nafu li fil-ħajja tagħna kultant niġġudikaw u nikkundannaw, u jiġrilna hekk għax ngħaddu l-ġudizzji tagħna fuq dak li jidher minn barra, jew dak li nkunu smajna fuq xi ħadd, jew l-impressjoni li jkollna, u dan faċli jwassalna għal ġudizzju tal-persuna, anke tal-qalb tal-persuna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1:10,16-20
Salm: 49 (50): 8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku dwar l-Ukrajna fl-Angelus: F’isem Alla, nitlobkom: waqqfu dal-massakru!

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju ta’ dat-tieni Ħadd tar-Randan jirrakkuntalna t-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù (ara Lq 9: 28-36). Waqt li Hu kien jitlob fuq muntanja għolja, jibdel surtu, ilbiesu jsiru bojod silġ u jleqqu, u fid-dawl tal-glorja tiegħu jidhru Mosè u Elija, li jitkellmu miegħu dwar l-Għid li kien hemm jistennieh f’Ġerusalemm, jiġifieri l-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu.

Ix-xhieda ta’ din il-ġrajja straordinarja huma l-appostli Pietru, Ġwanni u Ġakbu, li telgħu fuq l-għolja flimkien ma’ Ġesù. Aħna nistħajluhom b’għajnejhom miftuħin beraħ quddiem dal-ispettaklu uniku. U żgur li hekk ġara… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79): 8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”… Kompli aqra »