Yearly Archives: 2022

Relikwa tal-Beatu Nazju Falzon esposta fil-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

  Il-Kappella ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat

Pittura tal-Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta

Mil-lum ir-relikwa tal-Beatu Malti Nazju Falzon se tkun esposta għall-qima tal-pubbliku fil-Kappella ta’ San Ġużepp, fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù tal-Patrijiet Franġiskani, ir-Rabat. Il-Beatu Nazju Falzon kien devot kbir ta’ San Ġużepp u se tkun hemm fl-Erbgħat ta’ San Ġużepp u anke matul il-jiem tal-Festa ta’ San Ġużepp. Se tibqa’ esposta sad-19 ta’ Marzu 2022… Kompli aqra »

San Ġużepp jgħallimna l-vera umanità li tindokra d-dinjità ta’ kull persuna – L-Arċisqof

Imniedi 'Il-ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji'

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Jannar saret it-tnedija ta’ Il-ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji, fejn l-Arċisqof Charles Scicluna kien ippreżentat l-ewwel kopja tiegħu mill-editur Andrew Borg. Dan il-ktieb voluminuż hu riżultat ta’ snin ta’ kitba u riċerka minn grupp ta’ 21 persuna fosthom monsinjuri, kanonċi, reliġjużi u lajċi, li ħadmu flimkien ma’ Borg fuq dan il-qaddis li l-Iskrittura Mqaddsa titkellem ftit dwaru, iżda li skont l-editur innifsu kien figura ċentrali fil-Pjan ta’ Salvazzjoni tal-Bniedem, billi hu kien ir-raġel ta’ dik li ġabet fid-dinja lill-Iben il-Waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa f’Jum il-Komunikazzjoni: ‘Is-smigħ hu essenzjali għad-djalogu’

Pope Francis conversing with journalists – archive photo  (Vatican Media)

After focusing last year on seeing reality and conveying it to others, Pope Francis in his 2022 Message for the World Communications Day emphasized the quality of listening, which he said “is decisive in the grammar of communication and is a condition for genuine dialogue.”

The Pope noted that people are quickly losing the ability to listen to one another, while at the same time listening is undergoing new developments, especially due to new forms of communicating… Kompli aqra »

Il-Knisja hi l-familja ta’ Ġesù, ta’ dawk li laqgħuh f’ħajjithom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hu sabiħ ir-rakkont li jagħtina Luqa fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fejn jirrakkonta l-konverżjoni tal-Appostlu Missierna! Fil-fatt fl-istess ktieb, dan ir-rakkont tant hu importanti li nsibuh repetut darbtejn oħra. Dan ir-rakkont li smajna llum fil-bidu ta’ din il-quddiesa, hu r-rakkont li jagħti Luqa, narrattiva ta’ x’ġara. Imma hu l-Appostlu Missierna stess li jirrepeti din l-esperjenza darbtejn oħra.

X’għandi nagħmel, Mulej? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

Ma niqfux lill-Ispirtu s-Santu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għandu fih lil Begħelżebul”. Din kienet l-akkuża li għamlu l-kittieba li niżlu minn Ġerusalemm, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mark – l-akkuża li għamlu kontra Ġesù. Ġesù hawnhekk kien il-Galilija, u l-Galilija sab ħafna nies jilqgħuh. Imma sab ukoll oppożizzjoni minn dawn il-kittieba li niżlu minn Ġerusalemm u bdew jgħidu mhux biss li għandu xitan, imma li għandu fih il-prinċep tax-xjaten, u li bis-saħħa tal-prinċep tax-xjaten qed ikeċċi x-xjaten… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar Bro. Louis Camilleri: fih dehret il-grazzja, il-ħniena u l-paċenzja ta’ Alla

Quddiesa wara li l‑fdalijiet ta’ Bro Louis Camilleri FSC jitqiegħdu f’qabar fil‑kappella tal‑Kulleġġ Stella Maris, parti mill‑proċess tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tiegħu

  Il-Kappella tal-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nfakkru l-Qaddej ta’ Alla, Bro. Louis, tajjeb li niftakru fih, hu u jgħix u jwettaq il-kliem tal-Evanġelju ta’ San Mattew li l-Knisja taqra u tħabbar fil-festa tal-fundatur għażiż, San Jean-Baptiste de La Salle. “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu dak li jċekken lilu nnifsu” (Mt 18:3-4)… Kompli aqra »