Yearly Archives: 2022

Il-Papa fl-Angelus: Il-Kelma t’Alla hi l-gwida tal-mixja sinodali li nbdiet fil-Knisja kollha

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum naraw lil Ġesù jinawgura l-predikazzjoni tiegħu (ara Lq 4:14-21): hi l-ewwel prietka ta’ Ġesù. Imur Nażaret, fejn trabba, u jieħu sehem fit-talb fis-sinagoga.  Iqum biex jaqra u fl-iskroll tal-Profeta Iżaija, isib is-silta li titkellem dwar il-Messija, li tħabbar messaġġ ta’ faraġ u ħelsien lill-foqra u lill-imjassrin (Iż 61:1-2). Meta temm jaqra, “għajnejn kulħadd kienu msammra fuqu” (v… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5:1-7,10
Salm: 88 (89): 20,21-22,25-26

L-Evanġelju: Mk 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Ġesù sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

Il-Kelma tgħinna biex ngħixu ħielsa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tielet Ħadd matul is-Sena

  Il-Kappella ta' San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif”. Hekk jikteb San Luqa fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, meta beda biex jgħid il-ġrajja ta’ Ġesù.

Waħda mill-affarijiet sbieħ fil-ħajja hi li tkompli titgħallem, li tkompli tirsisti biex tkun taf, biex ikollok it-tagħrif. Nafu li jekk ma tagħmilx hekk, tistaġna.

Nikbru fit-tagħlim

Din tgħodd ukoll fil-ħajja tal-fidi tagħna. Jekk aħna ngħidu, f’mument minnhom, li tgħallimna biżżejjed, li nafu kollox, inkunu żbaljati, għax hemm bżonn li nkomplu nikbru fit-tagħlim, u dan tul ħajjitna kollha… Kompli aqra »

Il-konverżjoni ta’ San Pawl hi l-bidu tal-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof

Traslazzjoni lejlet il-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl u għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Morru fid-dinja kolha xandru l-Bxara t-Tajba” (Mk 14:15). Dan il-kmand li Ġesù jagħtina joqgħod ħafna għalikom, għeżież Karl Andrew u Malcolm, intom u tirċievu mingħand il-Knisja din is-sejħa li fil-laqgħat tagħha, fil-laqgħat tal-ġemgħa taqraw il-Kelma ta’ Alla u xxandruha b’ħajjitkom. U qegħdin tirċievu dan id-don: il-ministeru tal-Lettorat, propju aħna u nibdew u niċċelebraw f’dan il-katidral is-solennità tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna filwaqt li qed niċċelebraw il-jum li fih infakkru lil min laqa’ lil Pawlu, lill-protos ta’ din il-gżira li kien jismu Publiju… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 23 ta’ Jannar 2022, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 2-4a. 5-6. 8-10
Salm: 18 (19), 8. 9. 10. 15
It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 12-30

L-Evanġelju: Lq 1, 1-4; 4, 14-21

Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma… Kompli aqra »

Filmat: Is-Servizz Ekumeniku 2022

  Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

Bħala parti mill-Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, ilbieraħ 21 ta’ Jannar 2022, sar Servizz Ekumeniku bis-sehem ta’ diversi Knejjes Insara f’Malta fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

It-talb tmexxa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi filwaqt li r-riflessjoni biblika saret minn Pastor Earl Pinkston, tal-Knisja Evanġelika Battista. Għal dan is-servizz attendew Insara Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti u reliġjużi Kattoliċi ta’ komunitajiet li jinsabu fil-Belt Valletta, fosthom il-Karmelitani, id-Dumnikani u l-Franġiskani Konventwali… Kompli aqra »

‘Dinjità, dixxerniment u fidi’: kliem il-Papa lill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi

Human dignity must be respected from the moment of conception until natural death, Pope Francis said on Friday. 

Addressing a plenary session of the Congregation for the Doctrine of the Faith, Pope Francis underlined three keywords, dignity, discernment, and faith. 

Archbishop of Malta Charles Scicluna was among those present at the plenary session at the Clementine Hall in the Vatican. Since November 2018 Mgr Scicluna has served as Adjunct Secretary of the Congregation for the Doctrine of the Faith, the curial body responsible for doctrinal matters, also dealing with clerical sexual abuse cases on minors… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

San Publju, Prinċep ta’ Malta
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28,1-10
Salm: 15, 1-2.5. 7-8. 11

L-Evanġelju: Mt 25, 31-40

«Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »