Yearly Archives: 2022

Dawk li ried – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sejjaħ lejh lil dawk li ried”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Mark fl-għażla tat-tnax-il appostlu li għamel Ġesù. Hawnhekk għandna isimhom wieħed wieħed, u San Mark jispiċċa b’Ġuda l-Iskarjota “dak li ttradieh”.

Hi għażla misterjuża din ta’ Ġesù. Ma marx it-tempju jagħżel lil xi ħadd mill-għorrief u lanqas jidher li fittex nies ta’ qdusija kbira. Imma sejjaħ lejh lil dawn, u meta naraw l-ismijiet u iktar ’il quddiem naqraw fuq dawn l-appostli, nindunaw li sejjaħ lejh nies midinba u b’ħafna limitazzjonijiet u difetti… Kompli aqra »

Lejn soċjetà aktar magħquda

Dokument mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet dokument għad‑diskussjoni bil‑għan li tħeġġeġ liċ‑ċittadini Maltin jirriflettu fuq kif bħala pajjiż nistgħu naħdmu sabiex tkompli tinbena l‑paċi, filwaqt li nsawru soċjetà li tippromwovi l‑ġid komuni u ttejjeb il‑benessri tal‑persuni, speċjalment dawk l‑aktar vulnerabbli. 

Dan id‑dokument bl‑isem ta’ ‘Yahad’, terminu bl‑Ebrajk li jirreferi għas‑sens ta’ għaqda u komunità, hu maqsum fi tliet taqsimiet: l‑ewwel dwar il‑ġrajjiet li kixfu l‑ġrieħi tas‑soċjetà Maltija, it‑tieni dwar il‑virtujiet li jistgħu jservu ta’ gwida matul il‑proċess ta’ fejqan, rikonċiljazzjoni u tiġdid tas‑soċjetà, u t‑tielet dwar l‑impenn fil‑prattika ta’ kull ċittadin favur soċjetà li, bħalma jisħaq il‑Papa Franġisku, twarrab “il‑kultura tal‑ħela” u tagħmel post għall‑“kulturatal‑laqgħa”. 

Waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, Daniel Darmanin, il‑President tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, qal li minkejja ċ‑ċokon tal‑pajjiż, matul is‑sena, iċ‑ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ paċi u trankwillità ma jonqsux… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Jannar 2022, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Servizz Ekumeniku 2022 bis-sehem ta’ diversi Knejjes Insara f’Malta

  Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

Bħala parti mill-Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, illejla fis-6:30pm, se jsir Servizz Ekumeniku bis-sehem ta’ diversi Knejjes Insara f’Malta. Is-servizz se jitmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi filwaqt li r-riflessjoni biblika se ssir minn Pastor Earl Pingston fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

Is-servizz ekumeniku se jixxandar għada s-Sibt 22 ta’ Jannar fis-7pm fuq Knisja.mt, il-paġna ta’ Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u Newsbook.com.mtKompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 24, 3-21
Salm: 56 (57), 2.3-4.6 u 11

L-Evanġelju: Mk 3, 13-19

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: Lil Alla ma jbeżżgħuhx id-dnubiet tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq ninżel fil-fond tal-figura ta’ San Ġużepp bħala missier fil-ħlewwa.

Fl-Ittra appostolika Patris corde (8 ta’ Diċembru 2021) irriflettejt magħkom fuq dan l-aspett tal-ħlewwa, aspett ieħor tal-personalità ta’ San Ġużepp. Fil-fatt, imqar jekk il-Vanġeli ma jagħtuniex dettalji fuq kif hu ħaddem il-paternità tiegħu, nistgħu nibqgħu żguri li l-fatt li kien raġel “ġust” nistgħu nittraduċuh ukoll fl-edukazzjoni li hu ta lil Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 18, 6-9; 19, 1-7
Salm: 55 (56), 2-3.9-10ab.10ċ-11.12-13

L-Evanġelju: Mk 3, 7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-għarajjes: sibu mument biex titolbu flimkien

Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien mistieden għat-tieġ. Nawguralkom li fost il-ħafna mistednin jew il-ftit li se jkollkom, tinkludu wkoll lil Ġesù. Ħa navżakom, se jġib lil ommu; ma kellux kunjata, toqogħdux tinkwetaw. Anzi nnutaw li l-Evanġelju l-ewwel isemmi lil ommu u mbagħad jgħid li t-tifel kien mistieden ukoll ġab lid-dixxipli miegħu wkoll; il-familja tiegħu, li hi l-Knisja. Nawguralkom li fl-imħabba ta’ bejnietkom ma jkunx hemm wisq interventi ta’ oħrajn; li tkun imħabba ta’ bejnietkom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »