Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 17, 32-33.37.40-51
Salm: 143 (144), 1.2.9-10

L-Evanġelju: Mk 3, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »

L-Isqfijiet Ewropej iħarsu ‘l quddiem għall-ħidma ma’ Roberta Metsola

Bishop Joseph Galea-Curmi, delegate of the Bishops’ Conference of Malta to COMECE, says he is proud the new European Parliament President is a compatriot of his and expresses confidence for a fruitful working relationship between lawmakers and the Church.

Maltese lawmaker Roberta Metsola has been chosen to head the European Parliament.

The 43-year-old politician from the EU’s smallest nation is the youngest president ever to run the chamber… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lil Dr Roberta Metsola

L-Isqfijiet Maltin jilqgħu lil Dr Roberta Metsola waqt żjara ta’ korteżija fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, 02.03.2021

Il-Knisja f’Malta tifraħ lil Dr Roberta Metsola għall-ħatra tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew. L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw li permezz ta’ ħidmietha, il-proġett Ewropew ikompli jinbena fuq il-valuri fundamentali li jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u s-saltna tad-dritt taċ-ċittadini kollha Ewropej b’mod partikolari tal-persuni vulnerabbli.

Congratulations and prayers for Roberta Metsola on her election as President of the European Parliament… Kompli aqra »

Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u Savio College bi proġetti għall-konservazzjoni tal-ilma

Bħalissa l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat u Savio College qegħdin jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-proġett LIFE, bil-għan li jinħolqu proġetti tal-konservazzjoni tal-ilma fl-iskejjel. B’kollox hemm tmien skejjel li qegħdin jieħdu sehem. Waqt attività li fiha l-istudenti ppreżentaw l-ideat tagħhom, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli spjegat kif qed jiġu allokati €10,000 biex l-istudenti jkunu jistgħu jwettqu l-proġett tagħhom… Kompli aqra »

Il-“ġdid” li jagħtina Ġesù – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù, kien hemm tliet prattiċi reliġjużi komuni ħafna għal dawk li jemmnu: it-talb, l-għoti ta’ karità u s-sawm. Kienu diġà qabel fit-Testment il-Qadim, kienu fi żmien Ġesù, u baqgħu mbagħad fil-ħajja tal-Knisja, u għadhom ukoll illum prattiċi importanti ħafna għal min jemmen.

Iżda x’kien jiġri kultant, u jista’ jiġri anke llum? Li dawn jitqiesu bħala obbligi – għandek tagħmilhom – jew li tagħmilhom biex tidher li qed tagħmel it-tajjeb, u kultant in-nies kienu jinsew li l-ispirtu li għandu jmexxi dak li jagħmlu hu dak tal-imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 16, 1-13
Salm: 88 (89), 20.21-22.27-28

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”. U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2022

Servizz Ekumeniku 2021, il‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana

Minn għada t-Tlieta, 18 ta’ Jannar 2022, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm it-Tlieta, 25 ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa, il-Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku. It-tema ta’ din is-sena hi meħuda mill-Evanġelju skont San Mattew: “Rajna l-kewkba tiegħu tielgħa fil-Lvant, u ġejna nqimuh”(Mt 2:2). Din is-sena, it-tema u l-materjal ta’ talb tħejja mill-Knejjes Insara fil-Lvant Nofsani… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ningħaqdu fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jirrakkuntalna l-episodju tat-Tieġ ta’ Kana fejn Ġesù jibdel l-ilma f’inbid b’sodisfazzjon għall-għarajjes. U jintemm hekk: “Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih” (Ġw 2:11). Ninnutaw li l-evanġelista Ġwanni ma jitkellimx dwar ‘miraklu’, jew aħjar xi fatt ta’ setgħa kbira u straordinarja li jqanqal l-istagħġib. Jikteb li f’Kana kien hemm sinjal, li jixgħel il-fidi tad-dixxipli. Allura nistgħu nistaqsu: x’jista’ hu “s-sinjal” skont l-Evanġelju? … Kompli aqra »

Preżenza li tagħmel differenza kbira – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Omm Ġesù kienet hemm”. Dan id-dettall hu l-ewwel wieħed li jagħtina San Ġwann meta jitkellem dwar it-tieġ f’Kana tal-Galilija. Jgħidilna mill-ewwel li Marija, Omm Ġesù, kienet preżenti. Qisu mill-bidu jrid jindika li din il-preżenza se tagħmel differenza kbira f’dan it-tieġ. Marija tissemma qabel Ġesù, li l-Evanġelju jgħid li kien preżenti wkoll mad-dixxipli tiegħu.

Nixtieq li nħarsu ftit lejn din il-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana, u naraw Marija f’dan it-tieġ, u x’tgħidilna hi għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »