Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin… Kompli aqra »

Jinġabru iktar minn €1.4m għad-Dar tal-Providenza

Inġabret is-somma ta’ ‘il fuq minn €1.4 miljun b’risq id-Dar tal-Providenza f’Festa ta’ Ġenerożità tal-Ewwel tas-sena. Fi tmien il-maratona televiżiva, Dun Martin Micallef, direttur tad-Dar tal-Providenza rringrazzja lill-poplu Malti kollu li għal darb’oħra wera li għandu għal qalbu l-ħidma tad-Dar u kompla juri l-valuri sbieħ li jiddistingwuh, fosthom dawk ta’ ġenerożità, soliderjetà u ugwaljanza.

“Jalla din il-festa ta’ ġenerozità fil-bidu tas-sena, tawgura sena ta’ rispett lejn kull persuna, hi min hi bla distinzjoni, u impenn biex inkunu ta’ appoġġ għal kull min jeħtieġu,” temm jgħid Fr Micallef… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: il-Mulej ma jinġibidx lura quddiem id-dgħufija tagħna

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum itina sentenza mill-isbaħ, li nitolbuha dejjem fl-Angelus, u li waħedha turina liema hu s-sens tal-Milied: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14).  Dal-kliem, jekk naħsbu sew, fihom paradoss. Iqiegħdu flimkien żewġ realtajiet opposti: Il-Verb l-laħam. “Il-Verb” juri li Ġesù hu l-Kelma eterna tal-Missier, Kelma infinita, li kienet teżisti minn dejjem, qabel kull ħaġa maħluqa; iżda l-kelma “laħam” tikxef ir-realtà tagħna, realtà maħluqa, fraġli, bil-limitazzjonijiet, li tmut. Qabel Ġesù kien hemm żewġ dinjiet mifrudin minn xulxin: is-Sema, l-oppost tal-art, l-infinit, oppost ta’ dak li jintemm, l-ispirtu oppost għall-materja. U hemm ukoll oppost ieħor fil-Prologu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, par ieħor: dawl u dlam (cfr v… Kompli aqra »

Festa tal-inklużjoni – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Epifanija

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej”. Dan hu li tlabna fis-Salm, u dan il-vers jispjega tajjeb is-solennità tal-Epifanija li qed niċċelebraw illum. Juri kif Ġesù mwieled, Alla li sar bniedem, ġie għall-ġnus kollha, u wera ruħu bħala s-Salvatur tal-ġnus kollha. Epifanija tfisser li Alla wera lilu nnifsu lill-ġnus kollha. Ġew il-Maġi mil-Lvant ifittxuh biex jagħtuh qima.

Ċirku li dejjem jitwessa’

L-Epifanija hi l-festa tal-aqwa inklużjoni tal-fidi tagħna fi Kristu, għax mill-bidu tinkludi lil kulħadd… Kompli aqra »

Insebbħu u nfaħħru lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm dettall fl-Evanġelju skont San Luqa dwar ir-ragħajja li nixtieqkom tinnutaw. Jgħid l-Evanġelju li r-ragħajja, wara li raw lit-tarbija Ġesù flimkien ma’ ommu Marija u Ġużeppi, reġgħu lura “isebbħu u jfaħħru lil Alla” għal dik l-esperjenza sabiħa li kellhom. Kienet żgur dehra sabiħa ta’ dawn ir-ragħajja, imdorrijin f’ħajja pjuttost iebsa mal-merħla, li n-nies jarawhom isebbħu u jfaħħru lil Alla.

Dan kien ukoll dak li kienu semgħu r-ragħajja stess meta dehrilhom l-anġlu u ħabbrilhom li twieled Ġesù, u għadd kbir ta’ anġli flimkien bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet”… Kompli aqra »

Proġett ta’ tisbiħ għall-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke

Il-Komunità Parrokkjali ta’ Pembroke nediet proġett ta’ tisbiħ li se jiżvolġi fis-snin li ġejjin fuq diversi fażijiet. Dan tħabbar waqt Ċelebrazzjoni Ewkaristika li fakkret is-17-il anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa dedikata lil Kristu Rxoxt f’Pembroke. Pembroke sar żona pastorali awtonoma fl-1998 u parroċċa fl-2004.

Ix-xogħol, li jinkludi t-tisbiħ tal-presbiterju fil-Knisja Parrokkjali, se jsir bl-intenzjoni li tiżdied il-funzjonalità u l-kumdità li tixraq fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Il-Parroċċa spjegat li fix-xogħol li se jsir madwar it-tabernaklu, se jintuża l-irħam u l-bronż u se jinħoloq spazju intimu ta’ adorazzjonu u ġabra personali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Jannar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
Salm: 2, 7-8.10-11

L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-akkoliti l-ġodda: Ersqu lejn il-Mulej għax iħenn għalikom fid-dgħufija u l-faqar tagħkom

Quddiesa fl-Epifanija tal-Mulej u l-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kelma ‘epifanija’ ġejja mill-Grieg u tispjegalna kif f’dan il-jum il-Mulej juri lilu nnifsu lill-ġnus. F’dan il-jum qaddis tal-Epifanija, il-Knisja f’Malta qiegħda tilqa’ tliet żgħażagħ fit-triq tagħhom lejn is-saċerdozju u li llum se jiġu istitwiti ministri akkoliti. Akkoliti huma dawk li f’ċirkustanzi straordinarji għandhom is-setgħa jwasslu t-tqarbin lill-poplu ta’ Alla.

Illum wara l-Evanġelju smajna t-tħabbira sabiħa tal-jum qaddis tal-Għid li dis-sena jaħbat fis-17 ta’ April… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Nisimgħu bil-widna tal-qalb

Messaġġ tal-Papa Franġisku għas-56 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.

Għeżież ħuti!

Is-sena l-oħra rriflejna fuq il-ħtieġa li “immorru naraw” biex niskopru r-realtà u nkunu nistgħu nirrakkuntawha billi nibdew mill-esperjenza ta’ dak li jkun qed jiġri u ta’ meta niltaqgħu man-nies. Biex inkompli fuq din l-istess linja, issa nixtieq niffoka fuq verb ieħor, “li tisma”, li huwa deċiżiv fil-grammatika tal-komunikazzjoni u huwa kundizzjoni biex ikun hemm djalogu awtentiku.

Fil-fatt qed nitilfu l-ħila li nisimgħu lil min inkunu quddiemu, kemm fir-relazzjonijiet  fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll fid-dibattiti dwar l-aktar kwistjonijiet importanti tal-ħajja ċivili. Fl-istess ħin, is-smigħ qed ikollu żvilupp importanti ġdid fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni, permezz tad-diversi podcasts u messaġġi awdjo, li juruna li s-smigħ għadu meħtieġ fil-komunikazzjoni umana… Kompli aqra »