Yearly Archives: 2022

L-Akkumpanjament: kif, fejn u meta – L-Arċisqof

Id-Diskors tal-għeluq tal-Assemblea Djoċesana

  Is-Sala taċ-ĊAK, Birkirara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom, nirringrazzja wkoll lil dawk li qegħdin isegwuna permezz ta’ Zoom u l-mezzi soċjali.

Din l-Asssemblea Djoċesana, kif spjega tant tajjeb l-Isqof Joe [Galea-Curmi] lbieraħ meta ta l-oriġini tagħha u allura fakkarni mhux biss fl-esperjenza li bdiet mill-1999 sal-2003 – imma bħalma ġara fil-Konċilju Vatikan II meta jkollok esperjenza qawwija, ix-xewqa tiegħek tkun li din ma tispiċċa qatt, kważi l-esperjenza ta’ Għemmaws… Kompli aqra »

Nagħtu sehemna biex inkunu Knisja ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Introduzzjoni għall-Assemblea Djoċesana 2022

  Is-sala taċ-ĊAK, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Insellmilkom ilkoll miġburin għall-Assemblea Djoċesana ta’ din is-sena. Insellem ukoll lil dawk kollha li qegħdin isegwuna bħalissa online.

L-ewwel nett, nixtieq ngħid li Mons. Arċisqof li kellu jkun hawn illejla, minflok qiegħed l-ajruport ta’ Vienna jistenna bil-ħerqa l-ajruplan biex jiġi lura. Kellu jasal fis-siegħa ta’ wara nofsinhar, u minflok se jasal billejl. Għalhekk jiskuża ruħu li ma setax ikun magħna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:4-12
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Lq 20:27-40

F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”. Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal… Kompli aqra »

Hemm bżonn naħżnu l-ilma tax-xita – L-Arċisqof

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li rridu nsibu metodi aħjar kif naħżnu l-ilma tax-xita li hu tant bżonjuż u fl-istess waqt dejjem qed jonqos minħabba t-tibdil fil-klima.

Waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb L-Istorja tal-ħażna tal-ilma fil-Gżejjer Maltin mill-awtur Steven Mallia, l-Arċisqof Charles Scicluna saħaq dwar dak li qed jgħidu l-esperti dwar il-livelli baxxi tal-ilma ta’ taħt l-art, u qal li wasal iż-żmien li l-faċilitajiet li għandna għall-ħażna tal-ilma li bnew missirijietna jiġu rrestawrati u użati għal dan il-għan… Kompli aqra »

Kunċert tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għal Persuni b’Diżabilità, se jkun qed jerġa’ jsir il-Kunċert tal-Forzi Armati ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza, wara waqfa ta’ sentejn minħabba l-pandemija COVID-19. Il-kunċert se jsir nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembru 2022, fis-7.30pm. Il-Kunċert vokali u instrumentali se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina u se jkun taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Dr George Vella u l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10:8-11
Salm: 118 (119):14,24,72,103,111,131

L-Evanġelju: Lq 19:45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

L-aħħar żewġ Arazzi jirritornaw Malta wara r-restawr

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Novembru 2022, żewġ arazzi uniċi minsuġa fuq id-disinn tal-artist ta’
fama mondjali Peter Paul Rubens irritornaw Malta wara restawr li sarilhom fil-Belġju. Iż-żewġ arazzi li jiffurmaw minn sett ta’ disa’ u għoxrin, kienu l-aħħar żewġ arazzi li ntbgaħtu għar-restawr fl-2017. Huma juru xena tal-Annunzazzjoni ta’ Marija, u l-Erba’ Evanġelisti. Dan is-sett ġie trasportat lejn Malta grazzi għal Challenge Group, konglomerazzjoni internazzjonali tal-merkanzija bl-ajru li qed jopera għall-ewwel darba f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Novembru 2022, 9:30am