Yearly Archives: 2022

“Nilqgħuhom, nakkumpanjawhom u nintegrawhom” – Il-Papa dwar l-immigranti

Il-Papa Franġisku qal li hemm erba’ passi li għandhom jittieħdu mal-immigranti:”nilqgħuhom, nakkumpanjawhom, nippromwovuhom u nintegrawhom”. Fil-kummenti tiegħu mal-ġurnalisti abbord it-titjira papali li kienet se tieħdu lura l-Vatikan mill-Bahrain, il-Papa qal li l-kwistjoni tal-migrazzjoni teħtieġ soluzzjonijiet konkreti.

Mistoqsi dwar il-grupp ta’ elf persuna li ġew salvati mill-NGOs imma ma tħallewx jiżbarkaw fl-Italja, hu appella biex kull persuna li tkun qed tfittex l-ażil tiġi milqugħha, akkumpanjata, promossa u integrata fis-soċjetà rispettiva tagħha biex verament tħossha sigura filwaqt li appella lill-Unjoni Ewropea biex tikkordina aħjar il-wasliet ta’ dawn il-persuni fost l-Istati Membri… Kompli aqra »

L-għaqal li għandna bżonn – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin” (Lq 16:8). Din is-sentenza fl-Evanġelju llum taħsadna. Ara li nisimgħu fuq serq, qerq, tbagħbis fin-numri, amministrazzjoni ħażina, tberbiq tal-ġid – kollu ikrah u ikrah ħafna, imma qisu ma jissorprendiniex! Imma li s-sid ifaħħar lill-amministratur ħażin, dik hija ħaġa stramba. Kont tistenna li s-sid jirrabja, jagħtih ħasla, u jirrabja aktar meta jinduna li dan baqa’ sal-aħħar iberbaqlu ġidu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 1:1-9
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 17:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »

Il-ħajja ta’ dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-32 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fost in-nies li kienu jkunu kultant f’polemika ma’ Ġesù, fost il-gruppi, kien hemm tnejn partikulari, li kienu l-Fariżej u s-Sadduċej. Il-Fariżej – li nisimgħu iktar bihom – kienu dawk li jridu jwettqu l-ittra tal-Liġi ta’ Alla, imma ħafna drabi kien jinsew l-iktar affarijiet importanti, bħall-imħabba u l-ħniena ta’ Alla, u nsibu lil Ġesù f’polemika magħhom. Imbagħad kien hemm ukoll is-Sadduċej. Mhux f’kollox kienu jaqblu mal-Fariżej – għalkemm insibuhom jaqblu magħhom biex joqtlu lil Ġesù aktar tard… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 6 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Makk 7:1-2,9-14
Salm: 16 (17):1,5-6,8b u 15
It-Tieni Qari: 2 Tess 2:16 – 3:5

L-Evanġelju: Lq 20:27-38

F’dak iż-żmien, resqu fuqu xi wħud mis-sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 4:10-19
Salm: 111 (112):1-2,5-6,8a u 9

L-Evanġelju: Lq 16:9-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Novembru 2022, 9:30am