Yearly Archives: 2022

Il-qaddisin jgħallmuna paċenzja straordinarja – L-Arċisqof

  Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq

Aħna u niċċelebraw il-festa ta’ San Franġisk, nifhmu kemm huma importanti dawn iż-żewġ aspetti, li Ġesù kien isib fl-ambjent fejn seta’ jkun f’ambjent ta’ mistrieħ, mal-ħbieb. Kien japprezza żgur ix-xogħol ta’ Marta li kienet tnaddaf u ssajjar, imma apprezza wkoll l-atteġġjament ta’ Marija li tisimgħu b’ħerqa u bi mħabba kbira.

San Franġisk jgħallimna dawn iż-żewġ aspetti. Lil uliedu spiritwali, lil ħbieb tiegħu qalilhom: ‘Oħorġu u pprietkaw, meta jkun hemm bżonn użaw il-kliem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2:1-2,7-14
Salm: 85 (86):3-4,5-6,9-10

L-Evanġelju: Lq 11:1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib”… Kompli aqra »

Il-bżonn li ċ-ċittadin iħossu rispettat quddiem il-magna tal-ġustizzja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza, għażiż President tar-Repubblika, Mr Speaker, Onor. Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni, imma fuq kollox ukoll lilek Onor. Prim Imħallef, membri kollha tal-Ġudikatura, intom u tibdew sena forensi ġdida, sena ta’ ħidma fil-Qrati tal-Ġustizzja, l-Evanġelju tal-lum jagħtina ħjiel ta’ x’għandha tkun il-missjoni tagħkom. Il-parabbola li aħna nafuha bħalha dik tas-Samaritan it-tajjeb, hi instigata minn wieħed minnkom, minn għaref tal-Liġi. Jiena jogħġobni ħafna dan it-titlu: ‘bniedem tal-Liġi li huwa għaref’ u nawgura li kull min hu espert u tgħallem iħaddem il-Liġi jkollu wkoll l-għerf mhux biss ix-xjenxa għax ix-xjenza tajba, imma l-għerf jagħti r-ruħ lix-xjenza… Kompli aqra »

Media għas-servizz tal-bniedem

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja tas-Samaritan it-Tajjeb, li jgħid Ġesù fl-Evanġelju llum, hija storja qawwija u li tmur għall-qalba tal-ħajja tagħna Nisranija. Hija storja li Ġesù biha wieġeb il-mistoqsija li għamillu wieħed għaref tal-liġi wara li kien semma li l-qofol tal-liġi hu li tħobb lil Alla u li tħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek. Il-mistoqsija kienet: “Il-proxxmu tiegħi min hu?” (Lq 10:29)

Bidel il-mistoqsija

X’għamel Ġesù? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1:13-24
Salm: 138 (139):1-3,13-14ab,14ċ-15

L-Evanġelju: Lq 10:38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Kemm demm irid jixxerred qabel nifhmu li l-gwerra qatt mhi soluzzjoni, imma biss distruzzjoni?

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-andament tal-gwerra fl-Ukrajna sar tant gravi, qerriedi u ta’ theddid, li jqanqal tħassib kbir.  Għalhekk illum irrid niddedika r-riflessjoni kollha ta’ qabel l-Angelus għal dan il-fatt. Infatti, dil-gwerra terribbli u ferita inkonċepibbli għall-umanità, minflok tfiq, għadha tnixxi aktar demm, bir-riskju li tinfirex aktar.

Għandi għali għax-xmajjar ta’ demm u ta’ dmugħ li xxerdu dawn l-aħħar xhur… Kompli aqra »

Quddiesa tal-ftuħ tas-Sena Forensi – 3 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1:6-12
Salm: 110 (111):1-2,7-8,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Lq 10:25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »