Yearly Archives: 2022

“Quddiem il-ħażen u l-inġustizzja ma tistax tkun newtrali!” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa tal-Vitorja

  Il-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għażla ta’ din il-knisja għażiża għandha sinifikat profond din is-sena. Ilkoll nafu li l-Birgu jew il Borgo del Castello, ingħata wkoll tat-titlu Città Vittoriosa minħabba dak li qed niċċelebraw illum u għada: il-ħelsien mill-Assedju tal-1565. Bħal-lum aħna nfakkru wkoll it-tmiem tat-trawma kbira li għalina kienet it-Tieni Gwerra Dinjija; il-kapitulazzjoni tal-flotta navali Taljana fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Settembru tal-1943… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5:1-4a
Salm: 12:6
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 1:1-16,18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Vitorja – 8 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tifraħ bil-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu I

Id-Dar tal-Providenza, li għandha Villa msemmija għall-Papa Ġwanni Pawli I, tifraħ bil-beatifikazzjoni tiegħu li saret nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru 2022 b’ċelebrazzjoni ppreseduta mill-Papa Franġisku fil-pjazza tal-Vatikan. 

Il-Kardinal Taljan Albino Luciani kien elett Papa fis-26 ta’ Awwissu 1978 u għażel l-isem ta’ Ġwanni Pawlu b’turija ta’ rispett lejn il-predeċessuri tiegħu, il-Papa Ġwanni XXIII u Papa Pawlu VI. Hu miet ħesrem 34 jum wara, fit-28 ta’ Settembru 1978… Kompli aqra »

Programm għal tfal li għandhom ħuthom b’diżabbiltà

Il-Fond għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja (CSCF) qed toffri s-servizz ta’ Sibshine. Permezz ta’ dan is-servizz, professjonisti mħarrġin imexxu Sibshops, li huma opportunitajiet għal tfal u adolexxenti li jkollhom aħwa b’diżabbiltà sabiex jiltaqgħu ma’ aħwa oħra li jkunu qegħdin jesperjenzaw sitwazzjonijiet familjari simili għal tagħhom.

Din is-sena, CSCF ingħata fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ biex Sibshine jerġa’ jingħata ħajja ġdida… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 7 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 7:25-31
Salm: 44 (45):11-12,14-15,16-17

L-Evanġelju: Lq 6:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »

Nagħmlu l-ġid u nsalvaw il-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? Issalva ħajja jew teqridha?” (Lq 6:9) Dawn huma l-mistoqsijiet li Ġesù għamel lill-kittieba u l-Fariżej meta kien fis-sinagoga, fejn mar jgħallem, u kien hemm ragel li kellu idu l-leminija niexfa. Minn naħa kien hemm il-kittieba u l-Fariżej, li kienu moħħhom f’Ġesù biex jaraw x’se jagħmel; u min-naħa l-oħra Ġesù li qara l-ħsibijiet tagħhom u għalhekk mal-ewwel għamlilhom dawn il-mistoqsijiet bħala challenge: “X’jiswa nhar ta’ Sibt? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Settembru 2022

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Settembru 2022, 9:30am