Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 6:1-11
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Lq 6:12-19

Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-impenn tagħna li nisimgħu l-leħen tal-ħolqien

L-Istaġun tal-Ħolqien hu importanti għalina l-Kattoliċi fejn fi djalogu ma’ Nsara oħra, dan iż-żmien jistieden lill-umanità tiġġedded fir-relazzjoni tagħha mal-Ħallieq u mal-ħolqien, permezz ta’ ċelebrazzjoni u impenn flimkien sabiex nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna.

“Isma’ Leħen il-Ħolqien” hi l-istedina tal-Papa Franġisku lill-Insara kollha għall-Istaġun tal-Ħolqien ta’ din is-sena (mill‑1 ta’ Settembru sal‑4 ta’ Ottubru), bis-simbolu jkun is-siġra taqbad bin-nar meħuda mill-istorja ta’ Mosè… Kompli aqra »

Il-Papa jibbeatifika lil Papa Ġwanni Pawlu I: Nitolbuh jiksbilna ‘t-tbissima tar-ruħ’

Quddiesa u Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu I

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ġesù jinsab miexi lejn Ġerusalemm u l-Vanġelu tal-lum jgħid li “kotra kbira ta’ nies kienet miexja miegħu” (Lq 14:25). Timxi miegħu jfisser timxi warajh, jiġifieri ssir dixxiplu. Madankollu, lil dawn in-nies il-Mulej jagħmlilhom diskors ftit li xejn attraenti u fl-istess waqt esiġenti ħafna: ma jistax ikun dixxiplu tiegħu min ma jħobbux iżjed mill-għeżież tiegħu, min ma jerfax salibu, min ma jinqatax mill-ġid ta’ din l-art (ara vv… Kompli aqra »

Min indirizza l-problema tad-droga jew saħħa mentali jista’ jkun għajnuna għal oħrajn – Caritas

Il-Caritas qalet persuni li jkollhom problema tad-droga jew ta’ saħħa mentali jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal persuni oħra wara li jindirizzaw din il-bżonnijiet tagħhom.

L-Erbgħa 24 t’Awwissu, Caritas Malta ħejjiet konferenza li permezz tagħha ġie fi tmiem proġett ta’ tliet snin ta’ Erasmus+. L-isem ta’ din il-konferenza kien ‘HELPEX –  European qualification of peers in the helping process of rehabilitation and recovery’.

Fid-diskors tiegħu Patrick Harvey, li jaħdem fis-sezzjoni tar-riżorsi umani fi ħdan Caritas Malta, spjega kif fl-2019 Caritas Malta kienet ġiet avviċinata minn Caritas Bavaria biex jipparteċipaw f’Erasmus+ flimkien ma’ seba’ entitajiet oħra minn madwar l-Ewropa, sabiex jiġu żviluppati sett ta’ għodda ta’ taħriġ għal persuni li kellhom problema ta’ dipendenza fid-droga jew problema ta’ saħħa mentali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 5:1-8
Salm: 5:5-6,7,12

L-Evanġelju: Lq 6:6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh. Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!” Dak qam u ħareġ fin-nofs… Kompli aqra »

Alla l-ewwel u qabel kollox – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-23 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

“Tobgħod” hi kelma kerha ħafna. Hi kerha fuq fomm kulħadd, imma aktar u aktar tinstema’ kerha fuq fomm Ġesù. Meta naqraw dan il-kliem tiegħu llum fl-Evanġelju (Lq 4:26), niskantaw u ngħidu: qed nisma’ sew? Dan kif Ġesù qed jgħid li trid tobgħod lin-nies tal-familja tiegħek?

Kontradizzjoni?

Dal-kliem jinħass aktar u aktar stramb meta niftakru li Ġesù kien tant jenfasizza l-imħabba. Hi l-karatteristika l-aktar importanti tad-dixxipli tiegħu, tal-komunità li hi l-Knisja… Kompli aqra »

Il-Papa jippromulga kostituzzjoni ġdida tal-Ordni ta’ Malta

Pope Francis has taken the next steps in the renewal of the Sovereign Military Hospitaller Order of St. John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta (the Sovereign Military Order of Malta) with a decree issued on Saturday. 

The Decree establishes the new Constitutional Charter and related Melitense Code of the Order, an, taking effect immediately, the revocation of the High Offices, and the dissolution of the current Sovereign Council governing the Order… Kompli aqra »

Nisimgħu l-leħen tal-Ħolqien – L-Isqof Galea-Curmi

“Listen to the voice of creation” is the theme chosen by Pope Francis for this year’s Season of Creation, which began on 1 September with the World Day of Prayer for the Care of Creation, and will conclude on 4 October with the feast of St Francis of Assisi. This is a special time for all Christians to pray and work together to care for our common home… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 4 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »