Yearly Archives: 2022

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3:18-23
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

Id f’Id: Skambju bejn ŻAK Ħal Tarxien u l-Azione Cattolica ta’ San Severo fl-Italja

F’dawn l-aħħar ftit xhur grupp ta’ żgħażagħ Maltin minn ŻAK Ħal Tarxien bejn is-16 u l-25 sena ħadmu fuq skambju, fejn żgħażagħ Taljani u Maltin qattgħu ġimgħa flimkien biex jesploraw tema partikolari permezz ta’ diversi attivitajiet. Din is-sena l-grupp Azione Cattolica ta’ San Severo ġie Malta filwaqt li s-sena d-dieħla l-grupp Malti mistenni jitla’ l-Italja għat-tieni parti tal-iskambju.

L-iskambju ttratta suġġetti u problemi li qed jaffaċjaw iż-żgħażagħ fid-dinja tal-lum, kif ukoll il-problemi li jeżistu fis-soċjetà u kif jistgħu jaffaċjawhom flimkien bħala membri attivi fil-komunitajiet differenti tagħhom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3:1-9
Salm: 32 (33):12-13,14-15,20-21

L-Evanġelju: Lq 4:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »

Il-prezz tal-fedeltà – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tifkira tal-martirju ta’ San Ġwann Battista

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja tal-qtil ta’ Ġwanni l-Battista hi storja kerha, makabra, u fiha hemm konċentrazzjoni ta’ ħażen. Qisu dnub iwassal għal ieħor.

Naraw, l-ewwel nett, il-mibegħda – il-mibegħda li kellha f’qalbha Erodja. Ma kinitx taħmlu lil Ġwanni l-Battista. L-ewwel ġagħlet lil Erodi jitfgħu l-ħabs, jaqflu hemm, għax Ġwanni l-Battista kien jgħidlu lil Erodi: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk”. Imbagħad kompliet biex dil-mibegħda kibret f’qalbha u riedet toqtlu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 2:10b-16
Salm: 144 (145):8-9,10-11,12-13ab,13ċd-14

L-Evanġelju: Lq 4:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1:7-19
Salm: 70:1-6,15,17

L-Evanġelju: Mk 6:17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”

Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »