Yearly Archives: 2022

Esperjenza ta’ storja, arti u fidi fil-Kurja tal-Arċisqof

Open Weekend 2022

  Il-Kurja tal-Arċisqof

Nhar is‑Sibt 23 u l‑Ħadd 24 ta’ Lulju 2022 il‑pubbliku hu mistieden jattendi għal open weekend fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana. Din hi t‑tieni darba li qed issir open weekend tal‑Kurja, magħrufa wkoll bħala ‘Casa Manresa’. Id‑dettalji tħabbru dalgħodu waqt konferenza tal‑aħbarijiet indirizzata minn Michael Pace Ross, is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, fil‑preżenza tal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, fil‑Kurja tal‑Arċisqof stess.

Waqt il‑jumejn tal‑open weekend il‑viżitaturi jistgħu jgħaddu minn kurituri mżewqa b’diversi opri tal‑arti u arkitettura, iżuru x‑xogħol artistiku tas‑sala tar‑refettorju u jipparteċipaw f’diversi taħditiet informattivi dwar l‑istorja tal‑binja, il‑proġetti ta’ restawr li qed isiru mill‑Knisja, kif ukoll dwar kif jiġu arkivjati diġitalment dokumenti storiċi… Kompli aqra »

Inawgurat ix-xogħol ta’ restawr tal-Knisja ta’ Sarria

  Il-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana

Bejn l-2010 u l-2022, Din l-Art Ħelwa mexxiet il-proġett ta’ restawr tal-Knisja ta’ Sarria fil-Furjana u s-seba’ pitturi ta’ Mattia Preti li hemm fiha.

Il-Kardinal Mario Grech żar il-knisja nhar it-Tlieta filgħaxija u bierek it-tlestija ta’ dan il-proġett ta’ restawr, li sar grazzi għall-appoġġ ta’ Shireburn Software Ltd, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Middlesea Insurance Ltd., Sparkasse Bank Malta Ltd u r-Rotary Clubs ta’ Palermo u Malta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 18:42b-45a
Salm: 14:1-4

L-Evanġelju: Ġwanni 19:25-27

F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”… Kompli aqra »

F’Malta nixtiequ nagħmlu Ċentru Tbissima – Patri Louis Mallia

L-20 edizzjoni tal-maratona Oħloq Tbissima se tittella’ f’Dar San Ġużepp bejn illum 15 u s-17 ta’ Lulju. Din il-maratona ssir biex jinġabru fondi għal diversi proġetti fil-pajjiżi tal-missjoni. Iżda din is-sena hemm maħsub ukoll proġett f’Malta. Patri Louis Mallia (MSSP) jitkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar dawn l-20 sena ta’ Oħloq Tbissima u għal proġetti futuri.

Għoxrin sena ilu kienet ittellgħet l-ewwel maratona ta’ Oħloq Tbissima… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija mis-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis Dr Aloysius John waqt żjara ta’ korteżija, li saret il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2022, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u d-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt. Caritas Malta, li hi entità tal-Knisja f’Malta, tifforma parti minn Caritas Europa fejn hemm madwar 49 pajjiż membru waqt li f’Caritas Internationalis hemm 162 pajjiż membru minn madwar id-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 38:1-6,21-22,7-8
Salm: Is 38:10,11,12abċd,16

L-Evanġelju: Mt 12:1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Permezz ta’ Ġesù t-toqol isir ħelu u ħafif – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Ġesù ma jaħbix il-fatt li qed joffrilna madmad u qed joffrilna toqol; u jsejħilhom tiegħu. Misteru kbir dan, li mexxej li qed jipprova jattirak lejh, ma jaħbilekx l-isfidi tad-dixxipulat, tal-fatt li inti tkun miegħu. Jaf li aħna “mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28), jgħid. Imma fl-istess ħin, waqt li se jserraħna mit-taħbit u t-toqol tagħna; u dan hu misteru kbir; qed jgħidilna: ‘isma’ jien se noffrilkom madmad u toqol’… Kompli aqra »

Il-Kardinal Mario Grech maħtur fid-Dikasteru għall-Isqfijiet

Pope Francis has appointed Cardinal Mario Grech as a member of the Dicastery for Bishops, formerly known as the Congregation for Bishops.

Cardinal Grech, who serves as secretary general of the Synod of Bishops, is one of 14 new members who will sit on the department of the Roman Curia that oversees the selection of new bishops.

Last month, Cardinal Grech was also appointed as a member of the Congregation for Divine Worship and the Discipline of the Sacraments… Kompli aqra »

Il-Fakultà tat-Teoloġija tiċċelebra d-Dean’s Awards għall-2020-2021

The ceremony of the Dean’s Awards of the Faculty of Theology for 2020-2021 was held on Friday 1 July 2022 in the presence of the Director General for Educational Services, Mr Emile Vassallo, Pro-Rectors Prof. Joseph Cacciottolo and Prof. Ing. Simon G. Fabri, and the Dean of the Faculty of Theology, Rev. Dr Stefan Attard. The awarded students and their sponsors were invited to the event which took place at the Aula Magna, Valletta Campus… Kompli aqra »