Yearly Archives: 2022

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 26:7-9,12,16-19
Salm: 101 (102):13-14ab u 15,16-18,19-21

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Qaddis tal-jum: San Kamillu de Lellis, presbiteru Kompli aqra »

Uffiċċji ġodda għas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija inawgura uffiċċji ġodda f’Ħal Balzan sabiex ikun jista’ jkompli jagħti servizz aħjar lill‑istudenti u l‑impjegati fl‑iskejjel tal‑Knisja. Dawn ġew imbierka mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi wara quddiesa li saret fil‑Kappella tal‑Bon Pastur f’Ħal Balzan stess. Għal din il‑quddiesa u għat‑tberik tal‑uffiċċji attendew l‑impjegati tas‑Segretarjat, sorijiet tal‑Bon Pastur u persuni oħra li taw sehemhom fit‑twettiq tal‑proġett.

Minn dawn l‑uffiċċji f’Ħal Balzan se jkunu qed jaħdmu l‑impjegati li jieħdu ħsieb l‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja kif ukoll impjegati li jaħdmu mill‑qrib mal‑istudenti u l‑edukaturi fosthom ħaddiema soċjali, ħaddiema ta’ żgħażagħ, psikologi edukattivi, counsellors, psikoterapista, play therapist, career advisors, tim ta’ sapport ta’ dyslexia, occupational therapist, u tim ta’ sapport soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba… Kompli aqra »

Kull pass jgħodd: Camini…amo b’donazzjoni għal Fondazzjoni Sebħ

53 voluntier jimxu l-Camino de Santiago u jiġbru €15,000 għal Fondazzjoni Sebħ

Għadd ta’ voluntiera mill-grupp Camini…amo mxew il-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu magħruf aħjar bħala l-Camino de Santiago fir-reġjun tal-Galizia, fit-Tramuntana ta’ Spanja. Permezz tal-isforzi tal-pellegrini nfushom kif ukoll permezz tal-kuntatti tagħhom, inġabret is-somma ta’ €15,000 b’risq Fondazzjoni Sebħ. Il-fondi se jappoġġjaw diversi proġetti ta’ din l-entità tal-Knisja u se jgħinu biex jintlaħqu xi wħud mill-bżonnijiet tat-tfal, adolexxenti u nisa li jgħixu fir-residenzi tal-fondazzjoni.

Il-motto tal-pellegrinaġġ ta’ din is-sena għal darb’oħra kien ‘Kull Pass Jgħodd’… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 10:5-7,13-16
Salm: 93 (94):5-6,7-8,9-10,14-15

L-Evanġelju: Mt 11:25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Jum il-Pulizija: Il-battalja biex l-umanità tgħix skont is-sewwa

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù jistedinna għas-sens ta’ responsabbiltà. Aħna l-qassisin, ħafna drabi u nagħmlu sew, nipprietkaw kontinwament fuq il-ħniena ta’ Alla. Il-ħniena ta’ Alla hi wkoll mument ta’ umiltà, li fih nitolbu lil Alla jaħfrilna d-dnubiet li nagħrfu li għamilna għax quddiem ir-responsabbiltà tagħna nifhmu li mhux dejjem ngħixu skont l-ideali għolja li għalihom imsejħin.

Kull anniversarju jiġbor fih żewġ elementi, li l-qaddis Malti San Ġorġ Preca ġabar f’din il-frażi feliċi: ‘Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla’… Kompli aqra »

Fittex lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Benedittu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Benedittu, twieled f’Norcia, l-Italja, għall-ħabta tas-sena 480. Hu wieħed mill-patruni tal-Ewropa. Kellu influwenza kbira fuq l-iżvilupp taċ-ċiviltà u l-kultura Ewropea. Imma jekk naraw ftit il-kuntest li fih twieled – qed ngħidu bejn il-ħames u s-sitt seklu – id-dinja kienet ta’ taħt fuq minħabba l-kriżi tal-valuri u tal-istituzzjonijiet, ikkawżata mill-waqgħa tal-Imperu Ruman, mill-invażjoni tal-popli, kif ukoll mit-tmermir tad-drawwiet. Dan kien il-kuntest li fih twieled San Benedittu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7:1-9
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,5-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 11:20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum il-Pulizija – 12 ta’ Lulju, 9:30am