Yearly Archives: 2022

Il-ħtieġa li niskopru kemm il-Mulej ma jiddejjaqx jieħu paċenzja bina – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Ivan Scicluna bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Ħal Safi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-laqgħa ta’ Pawlu ma’ Ġesù fit-triq ta’ Damasku hi f’mument ta’ dawl qawwi, qrib nofsinhar, meta fid-deżert ix-xemx tiżreġ. Fl-istess ħin Pawlu jara dawl, li donnu jisboq id-dawl tax-xemx naturali, dawl li għamieh. Għandu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu, kif qrajna fit-tieni qari llum, f’rakkont li żgur tafuh tajjeb, intom il-membri tal-parroċċa ta’ Ħal Safi. Kellu bżonn l-għajnuna ta’ sħabu biex jobdi l-Kelma ta’ Ġesù, li tistiednu jmur Damasku… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 24:17-25
Salm: 88 (89):4-5,29-30,31-32,33-34

L-Evanġelju: Mt 6:24-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.

Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 11:1-4,9-18,20
Salm: 131 (132):11,12,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 6:19-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

Ngħixu għall-imħabba fraterna, tolleranza u li naċċettaw lil xulxin – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof waqt mument ta’ talb fl-aħħar tislima lil Lassana Cisse

  Il-Moskea Mariam Al-Batool, Raħal Ġdid

On Thursday 16 June 2022, Lassana Cisse was bid farewell at the Mariam Al-Batool Mosque. The prayer was led by Imam Mohammed El Sadi and was attended by Archbishop Charles Scicluna and representatives of non-governmental organisations.

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

First of all I would like to thank you, dear Imam Mohammed El Sadi, for welcoming us here in this mosque and for leading the Muslim prayer for our dear friend, Lassana Cisse… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Id-djalogu bejn żgħażagħ u nanniet hu fundamentali għas-soċjetà

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 14. Is-servizz hieni tal-fidi li nagħrfuh fil-gratitudni (ara Mk 1:29-31)

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Għadna kemm smajna r-rakkont sempliċi u emozzjonanti tal-fejqan tal-kunjata ta’ Xmun – li kien għadu ma ġiex imsejjaħ Pietru – fil-verżjoni tal-vanġelu ta’ Mark. L-episodju qasir nerġgħu nsibuh, b’varjanti ħfief imma suġġestivi, anki fiż-żewġ vanġeli Sinottiċi l-oħra. “Omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni”, jikteb Marku… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sirak 48:1-14
Salm: 96 (97):1-2.3-4.5-6.7

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tistieden lill-eks ministru jissostanzja akkużi foloz

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill‑eks ministru u l‑opinjonista Michael Falzon biex jissostanzja l‑kummenti li għamel fil‑media fejn allega li “hemm stejjer ta’…korruzzjoni…fl‑istrutturi amministrattivi tal‑Kurja stess” u li “l‑Arċisqof jaf b’dawn il‑każijiet”.

Taħt it‑tmexxija tal‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑istrutturi amministrattivi u ta’ governanza tal‑Arċidjoċesi komplew jissaħħu b’għadd ta’ miżuri mmirati biex isaħħu t‑trasparenza u l‑kontabbiltà. Dawn jinkludu:

  • It‑twaqqif tat‑Taqsima tal‑Awditjar Intern li tirrapporta direttament lill‑Kumitat tal‑Awditjar Intern li l‑membri tiegħu jaħdmu b’ċertu awtonomija mill‑Kurja tal‑Arċisqof
  • Il‑ħatra ta’ uffiċjal kontra l‑ħasil tal‑flus
  • Il‑ħolqien ta’ Whistleblowing Policy u l‑ħatra ta’ żewġ impjegati bħala uffiċjali li jieħdu ħsieb każijiet ta’ whistleblower
  • It‑twaqqif ta’ procurement office biex ikompli jissepara d‑dmirijiet u jnaqqas il‑probabbiltà ta’ żbalji jew frodi

Minbarra l‑miżuri amministrattivi msemmija hawn fuq, li jpoġġu lill‑Kurja tal‑Arċisqof fuq l‑istess livell mal‑entitajiet pubbliċi l‑aktar rispettati, l‑Arċisqof Scicluna ħadem wkoll ma’ kollegi tiegħu fil‑Vatikan sabiex jissaħħu l‑miżuri u l‑istrutturi li huma mmirati biex itejbu l‑ħidma wiesgħa tal‑Knisja kontra każijiet ta’ abbuż klerikali… Kompli aqra »

Il-kelma ta’ Ġesù twassalna għal-libertà vera – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan hu forsi l-iżjed tagħlim ta’ Ġesù li nħossuh diffiċli anke għax imur ’l hemm mil-liġi li għalina tagħmel sens: tħobb lil min iħobbok – lil għajrek, u tobgħod lil min jobogħdok. Mhux hekk nagħmlu aħna? L-istint tagħna hekk jgħidilna u nħossu li din xi ħaġa ġusta għax inti almenu tħobb lil min iħobbok mhux tobgħod lil min iħobbok, u lil min jobogħdok tpattilu bl-istess mibegħda… Kompli aqra »