Yearly Archives: 2022

Quddiesa f’Għid il-Ħamsin – 5 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Ġunju

Għid il-Ħamsin – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:1-11
Salm: 103 (104):1ab,24aċ,29bċ-30,31,34
It-Tieni Qari: Rum 8:8-17

L-Evanġelju: Ġw 14:15-16,23b-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem. Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

L-imħabba ssuqna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Id-djalogu bejn Ġesù u Pietru, fix-xatt ta’ Tiberija hu djalogu sabiħ ħafna. Hawnhekk Ġesù għal tliet darbiet jistaqsi lil Pietru jekk iħobbux – “tħobbni int?” u fil-bidu jistaqsi, “tħobbni int, aktar minn dawn?” Għaliex jistaqsih għal tliet darbiet? Mhux għax ma semax it-tweġiba, jew għax ma fehemhiex. U Pietru kien ċar fit-tweġiba: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Ħafna jaraw ir-rabta bejn din l-istqarrija għal tliet darbiet u ċ-ċaħda li għamel Pietru għal tliet darbiet fil-Passjoni ta’ Ġesù, meta ċaħad li jaf lil Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28:16-20,30-31
Salm: 10 (11):4,5 u 7

L-Evanġelju: Ġw 21:20-25

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”… Kompli aqra »

Se nkomplu naħdmu skont il-bżonn tas-soċjetà fi żminijietna – Sr Michaela mis-Sorijiet tal-Ursolini

Sr Michaela mis-Sorijiet tal-Ursolini qalet ma’ Newsbook.com.mt li s-sorijiet se jkomplu bil-ħidma tagħhom, minkejja l-bidliet fil-Creche ta’ Tas Sliema. Fi kliemha stess: “Hemm konna. Hemm għadna. Hemm se nibqgħu.”

Hi spjegat li s-sorijiet tal-Ursolini huma grati ħafna għal 119-il sena ta’ ħidma fil-Creche ta’ Tas-Sliema u huma taw dan is-servizz mill-qalb. “L-għajnuna tagħna se tinbidel – minflok inrabbu t-tfal li jkunu fil-kura tagħna 24 siegħa kuljum – issa se nkomplu naħdmu skont il-bżonn tas-soċjetà fi żminijietna.”

Sr Michaela qalet li minbarra l-ħidma mat-tfal vulnerabbli, issir ħafna ħidma ma’ persuni oħra fil-bżonn… Kompli aqra »

(Un)silenced: ċelebrazzjoni ta’ liberazzjoni

  APS Bank Centre, is-Swatar

(Un)silenced is a project by St Jeanne Antide Foundation and APS Bank and is held in the foyer of APS Bank Centre in Swatar till 4 July 2022.

It is an intimate exploration of the unsaid, the repressed and the unheard. It is a commentary on the lived experiences of those women whose identities have been eroded by narcissistic abuse and whose mental health has been ravaged by the toxic osmosis of being in the presence of a narcissist… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 25:13b-21
Salm: 102 (103):1-2,11-12,19-20ab

L-Evanġelju: Ġw 21:15-19

F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”… Kompli aqra »

Doctors for Life b’alternattiva etika għall-emendi fil-liġi tal-IVF

Doctors for Life qegħdin joffru alternattiva etika flok dak li qed jipproponi l-Gvern fil-liġi tal-IVF. It-tobba qalu li l-emendi l-ġodda li qed jipproponi l-Gvern se jwasslu biex l-embrijuni li jinstab li jkollhom xi kundizzjoni ma jiġux impjantati u jiġu ffrizati għal dejjem. Spjegaw li f’ħafna pajjiżi oħra, dawn l-embrijuni jitwarrbu jew jintremew.

Doctors for Life qalu li minflok, jista’ jsir screening għall-kundizzjonijiet ġenetiċi fuq il-bajd tal-mara qabel il-formazzjoni tal-embrijun… Kompli aqra »