Arkivji mensili: Jannar 2023

Il-Papa lill-Ordni ta’ Malta: wara d-diviżjoni, wasal iż-żmien għall-ftehim

The Sovereign Military Order of Malta is holding an extraordinary Chapter General with 111 members called to elect – under the chairmanship of the Lieutenant Grand Master Fra’ John Dunlap and Cardinal Silvano Maria Tomasi, the Pope’s special delegate – the Grand Commander, the Grand Chancellor and the other top positions, on the basis of the new Constitutional Charter and the new Codex Melitense.

Challenge to the worldly mentality

Marking the event, Pope Francis sent a message to the order… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 29 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 2:3; 3:12-13
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bc-10
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:26-31

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa… Kompli aqra »

Seminar dwar l-ideoloġija tal-ġeneru u l-antropoloġija Nisranija

Ritratt: Magda Ehlers

Illum aktar minn qatt qabel it-tifsiriet ta’ x’inhu raġel u x’inhi mara qed jiġu diskussi b’modi differenti. Dan hekk kif hawn min jgħid li jekk inti tħoss li tappartjeni għal ġeneru partikolari, dan jista’ jkun int fil-verità. Imma dan veru? 

X’inhi id-differenza bejn is-sess u l-ġeneru? Xi jfissru l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali?  

Dan kollu se jiġi diskuss minn perspettiva Nisranija waqt seminar organizzat minn Cana Foundation Therapeutic & Support Services, nhar l-4 ta’ Frar bejn id-9am u s-1pm, l-Istitut Kattoliku, il-Furjana… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-2,8-19
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:32-39
Salm: 36 (37):3-4,5-6,23-24,39-40

L-Evanġelju: Mk 4:26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fl-Udjenza: Il-ħajja hi ġest ta’ mħabba u stedina għall-imħabba

  Is-Sala Pawlu VI, il-Vatikan

Katekeżi. Il-passjoni għall-evanġelizzazzjoni: iż-żelu appostoliku ta’ min jemmen. 3. Ġesù mgħallem tat-tħabbira

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ħamis li għadda rriflettejna fuq Ġesù mudell tat-tħabbira, fuq il-qalb pastorali tiegħu dejjem miftuħa għall-oħrajn. Illum ejjew inħarsu lejh bħala mgħallem tat-tħabbira. Inħallu jmexxina l-episodju li fih hu jipprietka fis-sinagoga tar-raħal tiegħu, Nazaret. Ġesù jaqra silta mill-profeta Iżaija (ara 61:1-2) u mbagħad jgħaġġeb lil kulħadd bi “prietka” qasira ħafna, ta’ frażi waħda biss, frażi waħda biss… Kompli aqra »