Arkivji mensili: Frar 2023

Il-mixja tar-Randan għandna ngħixuha bħala l-mixja tal-libertà – L-Arċisqof fl-Erbgħa tal-Irmied

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-bidu ta’ dan ir-Randan imqaddes il-Mulej ipprova jfehimna li dak li se nagħmlu f’din il-mixja qaddisa m’għandniex nagħmluh biex nidhru jew għal wiċċ in-nies. Isemmi tliet atteġġjamenti importanti ħafna f’din il-mixja tar-Randan. Isemmi l-karità. Isemmi t-talb u jsemmi s-sawm. Dawn huma tliet ingredjenti ta’ din il-mixja tar-Randan li jekk jiġu mill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna huma mixja sabiħa ta’ konverżjoni u ta’ tiġdid… Kompli aqra »

Ħa jagħtina l-ħajja tiegħu l-Ispirtu s-Santu f’dan ir-Randan – Il-Papa

Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2023

  San Ġwann Lateran, Ruma

Għeżież ħuti!

Il-Vanġeli ta’ Mattew, Mark u Luqa jaqblu fir-rakkont tal-episodju tat-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù. F’din il-ġrajja nilmħu t-tweġiba tal-Mulej quddiem d-dixxipli tiegħu li ma jifhmuhx. Ftit qabel, fil-fatt, kien hemm skontru veru u proprju bejn l-Imgħallem u Xmun Pietru, li, wara li kien stqarr il-fidi tiegħu f’Ġesù bħala l-Messija, l-Iben ta’ Alla, kien irrifjuta t-tħabbira tiegħu tal-Passjoni u tas-Salib. Ġesù kien ċanfru bil-kbir u qallu: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! … Kompli aqra »

Quddiesa f’Ras ir-Randan – 22 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2:12-18
Salm: 50 (51): 3-4,5-6a,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:20 – 6:2

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan 2023

Għada l‑Erbgħa, 22 ta’ Frar 2023, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

L Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra l‑quddiesa ta’ Ras ir‑Randan fil‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana, li tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Il‑quddiesa tibda fid‑9:30am u tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook.com.mt u Radju 103… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 2:1-13
Salm: 36 (37):3-4,18-19,27-28,39-40

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

Il-maħfra tagħmilna ħielsa – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħafna minna żgur jiftakru lill-Papa Ġwanni Pawlu II, illum qaddis. Fost l-eluf ta’ ritratti taż-żmien twil li dam Papa, ritratt li verament jolqotni u jagħti messaġġ qawwi kien dak ta’ meta l-Papa mar iżur il-ħabs lil dak li sparalu.  Din kienet ġrajja li twettaq fil-prattika dak li smajna llum fl-Evanġelju, fejn lil dak li sparalu biex joqtlu l-Papa mar biex jurih il-maħfra tiegħu… Kompli aqra »

Li taqta’ ċ-ċikkulata ma tagħmlekx qaddis

What is the first thing that comes to mind when we think of Lent? Sacrifice, 40 days, Holy Week, Good Friday, tradition, processions, the colour purple, chocolate (- or rather, the lack of it). When we think about Lent, the only thing we may feel is dread as we prepare for 40 gloomy days until we celebrate Easter (by eating our body weight at a Chinese buffet). 

Is that really all it is though? … Kompli aqra »

Sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija – L-Arċisqof

Diskors fl-inawgurazzjoni tat-tieni fażi ta' pitturi ġodda tas-saqaf tal-Bażilka tal-Isla

  Il-Bażilka ta' Marija Bambina, l-Isla

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq ningħaqad mas-sentimenti ta’ gratitudni tal-Arċipriet, u ħadt pjaċir ukoll nisma’ din il-litanija ta’ tant nies ġenerużi, li l-ħidma tagħhom għenet biex wasalna għal dan il-jum memorabbli. Xejn ma jsir f’daqqa, u ħadd ma jagħmel xejn waħdu. Jekk hemm sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija, dan hu eżempju sabiħ.

Il-Papa jixtieq proċess kontinwu ta’ mixja flimkien… Kompli aqra »