Arkivji mensili: Frar 2023

Quddiesa tal-Ħadd – 12 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 15:15-20
Salm: 118 (119):1-2,4-5,17-18,33-34
It-Tieni Qari: 1 Kor 2:6-10

L-Evanġelju: Mt 5:17-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

Quddies u Rużarju – 11 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Knisja ta' San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-24
Salm: 89 (90):2,3-4,5-6,12-13

L-Evanġelju: Mk 8:1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

Missio Malta tibgħat l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin fi tliet snin

Missio Malta għadha kif bgħatet l-ewwel grupp ta’ voluntiera Maltin wara tlitt snin ta’ interruzzjoni minħabba l-pandemija, sabiex iwettqu ħidma missjunarja.

Filfatt grupp ta’ 12-il persuna, telqu minn Malta il-ġimgħa li għaddiet, u issa jinsabu fil-Filippini fejn qed iwettqu xogħol b’riżq proġett ta’ Eko-agrikoltura kif ukoll it-tiswija ta’ Mission Station li ġġarfet kawża tal-eruzzjoni ta’ vulkan fl-2021.

“Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li erġajna qbadna r-ritmu tal-ħidma tagħna wara tliet snin ta’ interruzzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19… Kompli aqra »

Quddiesa fil-Festa ta’ San Pawl – 10 ta’ Frar 2023, 9:30am

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14:3-7
Salm: 106:21-31
It-Tieni Qari: Atti 27, 16 – 28, 10 jew 2 Kor 11:18,24-31

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

Jinġabru oġġetti essenzjali fil-parroċċi għat-Turkija u s-Sirja

Is-Sirja (Ritratt: Pexels)

Nhar il-Ħadd li ġej, 12 ta’ Frar 2023 għadd ta’ parroċċi f’Malta se jiġbru affarijiet bażiċi u essenzjali li għandhom bżonn bħalissa l-popli tat-Turkija u s-Sirja. Din l-inizjattiva qed tiġi koordinata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal-Fondazzjoni Opri Soċjali.

Il-prodotti meħtieġa jinkludu: ikel f’bottijiet u pakketti magħluqin, prodotti sanitarji, tined, saqqijiet tat-tined, sleeping bags, torches, batteriji u power banks.

Il-lista sħiħa tal-affarijiet li se jinġabru tista’ tinkiseb minn djakonija.org/turkijasirja flimkien ma’ dettalji oħra dwar minn fejn ser jinġabru d-donazzjonijiet… Kompli aqra »

Talba ħerqana mill-Isqfijiet Ewropej għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja

Sors: Newsbook

Minn Praga, fejn bħalissa qed tiltaqa’ l-Assemblea Kontinentali tas-Sinodu, ilbieraħ filgħaxija l-Knejjes fl-Ewropa esprimew il-qrubija tagħhom lejn il-popli tan-nofsinhar tat-Turkija u t-tramuntana tas-Sirja li ntlaqtu minn terremot qawwi fis-6 ta’ Frar.

L-istqarrija tinnota b’sogħba li “ċ-ċifra tal-vittmi mejta għadha tielgħa”, u tesprimi kif it-tbatija kbira tal-popli affettwati messet il-qalb tal-membri kollha tal-Assemblea. “Hi ġerħa kbira”, li fis-Sirja qed tkompli żżid mal-gwerra li ilha tifni t-territorju għal 12-il sena”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza dwar il-Kongo: Mhux nisfruttaw, imma nimxu ’l quddiem flimkien

  Sala Pawlu VI, il-Vatikan

Katekeżi. Il-Vjaġġ Appostoliku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fis-Sudan ta’ Isfel

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-ġimgħa li għaddiet żort żewġ pajjiżi Afrikani: ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u s-Sudan ta’ Isfel. Nirringrazzja lil Alla li tani li nagħmel dan il-vjaġġ, li ilu tant mixtieq. Żewġ “ħolmiet”: li nżur il-poplu tal-Kongo, ħarries ta’ pajjiż immens, pulmun aħdar tal-Afrika: flimkien mal-Amażonja, huma ż-żewġ pulmuni tad-dinja… Kompli aqra »