Tħallux li l-Ġimgħa l-Kbira tfixkilkom milli tkunu qrib Ġesù – L-Arċisqof
03/03/2023 Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal ĠdidL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett xtaqt nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla. Nixtieq ukoll li twasslu t-tislijiet tiegħi lil dawk li ma setgħux ikunu magħna llum. Hija ħaġa sabiħa li aħna u nippreparaw għall-jiem qaddisa tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, aħna ninġabru f’mument ta’ talb.
Għadna kemm tlabna t-talba tal-Via Sagra, u permezz tagħha akkumpanjajna lil Ġesù mill-kundanna tiegħu għall-mewt, sat-tislib tiegħu fuq is-Salib u d-difna tiegħu fil-qabar ġdid… Kompli aqra »