Nitolbu ’l Mulej l-grazzja li jkollna ragħajja skont il-qalb tiegħu – L-Arċisqof f’Jum il-Vokazzjonijiet
Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet
30/04/2023 Il-Kappella taċ-Ċentru għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju, Tal-VirtùTa’ kull sena fir-raba’ Ħadd tal-Għid nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù li tuża din l-espressjoni qawwija ħafna u li permezz tagħha Ġesù jipprezenta ruħu bħala l-bieb u r-ragħaj.
Din is-sena fl-ewwel silta mill-kapitlu 10 ta’ San Ġwann, li hu l-kapitlu fejn Ġesù jispjega din ix-xbieha sabiħa tar-ragħaj it-tajjeb, l-enfasi hi pjuttost fuq il-bieb: il-bieb tal-maqjel, il-bieb ta’ dak l-ispazju fejn in-nagħaġ huma siguri u kkurati, lil hemm mill-periklu imma hu wkoll l-ispazju minn fejn għandhom bżonn joħorġu biex jirgħu u jmantnu lilhom infushom bl-għajnuna tar-ragħaj… Kompli aqra »